Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Kunċert ta’ Mużika Sagra mis-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880

Is-Sibt 1 t’April  -  Knisja Parrokkjali Sant’Andrija App., Ħal Luqa


Nhar is-Sibt l-1 ta' April 2017, is-Soċjeta' Filarmonika L-Unjoni ta' Ħal Luqa ser ittella' kunċert ta' mużika sagra fil-Knisja Parrokjali ta' Sant’Andrija Appostlu, Ħal Luqa bl-isem 'Tristis Est Anima Mea'.  F’dan il-kunċert ser tiehu sehem il-Filarmonika L-Unjoni, il-Coro Bel Canto u diversi solisti. Mal-banda u l-kor ser jingħaqdu wkoll strumenti varji bhall-arpa u l-orgni ta’ l-istess Knisja.

 

Il-kunċert ser jinkludi mużika ta' kompożituri Maltin fosthom Joseph Abela Scolaro, Giuseppe Camilleri, Gaetano Grech u Charles Zammit, waqt li ser isir wkoll il-premier ta’ tlett xogħolijiet komposti minn John David Zammit, Norbert Camilleri u Neil Zammit.  Xogħolijiet ta’ kompożituri barranin jinkludu Le Sette Ultime Parole di Cristo ta’ Saverio Mercadante, La Passione di Cristo ta’ Lorenzo Perosi, Stabat Mater ta’ Giovanni Battista Pergolesi u ohrajn. Barra minn hekk ser jindaqqu wkoll siltiet muzikali minn xogholijiet maghrufa ta’ Milkos Rozsa u Elmer Bernstein.


Il-kunċert ser jibda fis-7:30pm u l-banda flimkien mal-kor u s-solisti ser ikunu taħt id-direzzjoni ta' Mro. John David Zammit. Id-dħul ser ikun bla ħlas u kulhadd mistieden ikun f’postu tal-anqas kwarta qabel. Din l-attivita' qed tittella' bil-koperazzjoni tal-iskema 'Kommunitajiet Kreattivi' tal-Kunsill Malti għall-Arti.