Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Beda x-xoghol fil-post tan-nar
Wara li ftit tax-xhur ilu hargu l-permessi necessarji biex ikun jista’ jinhadem ftit nar ghall-festa ta’ din is-sena, f’temp ta’ ftit gimghat, id-dilettanti tan-nar fi hdan is-Saint Andrew’s Fireworks Factory hadmu bla heda biex mill-gdid regghu bdew jimmanifatturaw il-loghob tan-nar. Dan kien ta’ sodisfazzjon kbir kemm ghas-Socjeta’ L-Unjoni kif ukoll ghad-dilettanti tan-nar li sena shiha jaghtu l-hin taghhom biex fil-granet tal-festa inkunu nistghu ingawdu minn spettakli sbih tal-loghob tan-nar
Hekk kif ghaddiet il-festa ta’ din is-sena, id-dilettanti tan-nar middew ghonqhom ghax-xoghol biex ikunu jistghu jalteraw il-post kif titlob il-ligi. Fil-fatt bhal issa ghaddej xoghol ta’ kostruzzjoni u manutenzjoni biex il-post tan-nar ikun aktar adattat ghall-manifattura, waqt li joffri spazji anqas perikoluzi ghal min ikun qed jahdem fih. Dan kollu qed isir grazzi ghall-generozita’ tal-membri tas-Socjeta’ kif ukoll bis-sahha ta’ numru ta’ voluntiera u benefatturi.
Nittamaw illi x-xoghol li hemm bzonn isir jitwettaq fl-iqsar zmien possibbli biex b’hekk nizguraw futur sabih ghall-Kamra tan-Nar Sant’Andrija.