Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Apprezzament
Frankie Ciappara
President Onorarju tas-Socjeta` Filarmonika L-Unjoni
B’niket u soghba s-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni thabbar il-mewt tas-Sur Frankie Ciappara, President Onorarju tas-Socjeta’, li grat il-bierah is-Sibt 23 ta’ Gunju 2018. Halla jibku t-telfa tieghu lill-familjari kollha u bosta hbieb u membri tas-Socjeta’ L-Unjoni.
Frankie twieled Hal Luqa fl-1938 u sa minn ckunitu kellu inklinazzjoni specjali lejn is-Socjeta’ taghna. Missieru, Gakbu, serva bhala President tas-Socjeta’ L-Unjoni bejn is-snin 1947 u l-1949. Huwa zzewweg u baqa’ jghix gewwa Hal Luqa. Martu Agnes kienet il-fundatrici u l-ewwel Presidenta tal-Kumitat tan-Nisa fi hdan is-Socjeta taghna.
Tul iz-zwieg tieghu, huwa kellu erbat itfal; James, Lino, Irene u Fiona. It-tfal subien kienu u ghadhom attivi ferm fis-Socjeta’ taghna, b’James iservi bhala Segretarju tas-Socjeta’ ghal diversi snin, filwaqt li huh Lino ghadu jdoqq il-kurunetta mal-Banda L-Unjoni u hu attiv fis-St Andrew’s Fireworks Factory. Minn naha l-ohra, Irene, kienet attiva hafna fis-Sezzjoni Nisa.
Frankie gie elett fil-kumitat tas-Socjeta` L-Unjoni ghall-ewwel darba fl-1967 bhala membru. Matul is-snin, huwa okkupa diveri karigi fosthom dik ta` Assistent Kaxxier bejn is-snin 1975 u 1976. Fis-sena 1985 hu nhatar Assisent Segretarju, liema kariga okkupaha sas-sena 1995, meta nhatar Vici-President. Hu dam Vici President sas-sena 2003. F’din l-istess sena, huwa gie mahtur bhala President Onorarju tas-Socjeta’ bhala apprezzament ghax-xoghol utli li wettaq b’risq is-Socjeta` tul dawn is-snin kollha. Frankie hadem hafna fil-kazin taghna, u dejjem kont tarah imidd idu ghal dak kollu li jkun hemm bzonn. Sahansitra, baqa’ jghin sakemm taghtu sahhtu fix-xoghol ta` manutenzjoni tal-kazin. Kien jghin ukoll fl-armar tal-festa, u minkejja l-eta` li kellu, xorta baqa` jaghmel l-almu kollu tieghu sabiex ikun dejjem prezenti waqt li jkun qed jintrama` l-armar kollu tal-pjazza. L-hena tieghu kien ikun it-tlugh ta’ l-istatwa ta’ Sant’ Andrija Appostlu fuq il-pedestall matul il-gimgha tal-festa.
Minbarra l-impenn u l-hidma kbira li wettaq ghal-kazin L-Unjoni, huwa serva wkoll bhala Prokuratur tal-Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura, u ghal zmien twil kien jiehu hsieb jorganizza l-festa tac-Cintura flimkien mal-fratellanza imsemmija u s-Socjeta’ L-Unjoni. Fil-fatt huwa kien l-ahhar Prokuratur tal-Fratellanza qabel din ghaddiet f’idejn l-amministrazzjoni tal-Knisja.
Hemm hafna aktar xi tghid u x`tirrakonta dwar Frankie Ciappara, izda dan huwa biss apprezzament mill-qalb minn naha taghna ghal dak kollu li wettaq b’risq is-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni, li dejjem habb sa minn ckunitu. Il-fatt li Frankie dejjem ghex taht id-dell tal-Kazin jaghmlu wiehed mill-ammiraturi l-kbar tas-Socjeta’ L-Unjoni, u l-memorja tieghu ma tintemm qatt.
Fl-ahharnett, il-President u l-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni jaghtu l-kondoljanzi sinciera lill-qraba u l-hbieb kollha f’dan il-mument difficli. J ‘Alla imur igawdi lil Madonna u ‘l Sant’ Andrija li dejjem habb tul hajtu kollha.
Il-funeral ser isir ghada it-Tnejn 25 ta’ Gunju 2018 fis-2.00pm, fil-Knisja Parrokjali ta’ Hal Luqa. Wara l-Banda L-Unjoni ser takkumpanja l-korteo bid-daqq ta’ marci funebri tul Triq Sant’ Andrija.
Aghtih O Mulej il-Mistrieh ta’ Dejjem.