Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
L-Eku ta’ Festa Kbira ad unur Sant’Andrija Appostlu
Neil Zammit
Tassew kienet festa kbira dik li ccelebrajna flimkien ftit tal-jiem ilu ad unur l-Appostlu Sant’Andrija. Festa kompluta li taghmel gieh lill-patrun ewlieni ta’ Hal Luqa u lis-Socjeta’ L’Unione, li sa mit-twaqqif taghha fl-1880 dejjem hadmet u stinkat sabiex dan il-patrimonju jibqa’ jitkattar bla mittiefes.
Kellna gimgha mimlija b’attivitajiet diversi; kemm f’dak li jirrigwardja l-funzjonijiet liturgici gewwa l-Knisja Parrokkjali kif ukoll ic-celebrazzjonijiet esterni. Fil-hrug minn nicca ta’ din is-sena, apparti li hadet sehem il-Filarmonika L’Unione, stajna nassistu wkoll ghall-inawgurazzjoni ta’ zewg linef kbar tal-kristall li komplew izejnu t-Tempju Andrean. Din l-opra thallset minn Doris Camilleri u l-familja u giet imbierka mill-E.T. Mons Pawl Cremona O.P., Arcisqof Emeritu. Mons Cremona ghogbu wkoll jirregala lill-parrocca mitra bl-istemma tieghu, li fl-2007 kienet giet irregalata lilu mis-Socjeta’ L’Unione fl-okkazjoni taz-zjara tieghu fostna bhala kontinwazzjoni tar-rabta familjari tieghu ma’ din is-Socjeta’.
It-tieni impenn muzikali li kellha s-Socjeta’ kien nhar it-Tieni Tridu, hekk kif il-Filarmonika L’Unione tellghet kuncert muzikali fuq il-plancier artistiku fil-Pjazza Ewlenija tar-rahal taht id-direzzjoni ta’ Mro John D. Zammit, bis-sehem ta’ diversi kantanti u l-kor tat-tfal. Kien kuncert tajjeb u li ntghogob hafna mill-udjenza prezenti. Wara, kien imiss il-marc popolari bl-istatwa maestuza ta’ Sant’Andrija. Din iddawret mat-toroq tar-rahal u wara ttellghet fuq il-pedestall taghha fost il-ferh u l-briju tal-partitarji. Din is-sena wkoll stajna naraw il-particepazzjoni ta’ numru ta’ zghazagh li hadu hsieb jorganizzaw tant tajjeb dan il-marc sabih.
Minghajr ebda dubju, il-qofol tal-marci ntlahaq bhas-soltu lejlet il-festa, fejn numru kbir ta’ nies minn madwar Malta u Ghawdex kollha assistew ghat-tlugh trijonfali u uniku tal-istatwa tal-Anglu. Marc kbir u popolari ma’ Malta kollha, u dan jixhduh il-filmati u r-ritratti li ttiehdu dakinhar. L-atmosfera sabiha ta’ dakinhar ma taraha imkien izjed. Tassew esperjenza unika, fejn is-Socjeta’ L’Unione tohrog bl-unuri kollha kif dejjem ghamlet tul dawn is-snin kollha.
F’jum il-festa, il-Banda L’Unione organizzat ukoll il-marc ta’ filghodu, waqt li filghaxija kellha mistiedna lis-Socjeta’ 12th May, li bhas-soltu daqqet waqt il-hrug u d-dhul tal-processjoni bl-istatwa ta’ Sant’Andrija Appostlu. Rega’ ndaqq l-Innu l-Kbir ta’ Mro. Orlando Crescimanno u fid-dhul, ergajna rajna xoghol sabih mahdum mill-piroteknici taghna wara nuqqas ta’ xi snin.
Minkejja illi din is-sena bdejna l-festa fuq nota pjuttost kiebja, fejn garrabna xi hsarat fl-armar minhabba l-maltemp u anke kellna funeral ta’ ex-President Onorarju, zgur illi dan ma xekkilx l-entuzjazmu li hargu bih iz-zghazagh u l-partitarji numeruzi tas-Socjeta’ taghna. Bil-hidma kollettiva ta’ hafna, lkoll ghamilna festa kbira. Il-folol tan-nies li assistew ghal dawn l-avvenimenti huma xhiedha ta’ dan kollu. U ghalhekk dan jimlina bil-kuragg sabiex inkomplu nahdmu id f’id biex inkabbru dejjem aktar il-festa ta’ Sant’Andrija u isem il-Filarmonika L’Unione.
Radd il-hajr lill-President, Kumitat Centrali, Kummisjoni Banda, Sezzjonijiet tal-Armar, Nar, Zghazagh, Nisa u Radju, li lkoll taw is-sehem taghhom sabiex kellna festa sabiha kif jixraq. Grazzi wkoll lil dawk kollha li jaghtu jinhom, sahhithom u flushom sabiex il-festa tkompli tikber minn sena ghal ohra. Grazzi u prosit ukoll lill-Grupp Armar tal-Knisja li volontarjament jahdem is-sena kollha sabiex it-Tempju Andrean ma jkun jonsqu xejn u jilbes l-isbah libsa fil-jiem tal-festa. Fuq kollox, radd il-hajr lil Alla u lil Sant’Andrija li dejjem ikunu hemm ghalina f’kull ma jinqala’, kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-hazin.
Minn issa l-hidma terga’ tisskota, ghal sena ohra!
Viva Sant’Andrija
Evviva l-Filarmonika L’Unione A.D. 1880