Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Għalliem Ġdid - Rene’ Barbara



Bi pjaċir inħabbru li s-Soċjeta’ tagħna għadha kif ħatret lis-Sur Rene’ Barbara bħala għalliem ġdid. Dan qed isir sabiex inkomplu nsaħħu t-tagħlim li qed nipprovdu lil istudenti tagħna. Is-Sur Barbara, flimkien mal-għalliem preżenti s-Sur Victor Borg, ser ikun qed jgħallem lil istudenti tal-istrumenti tar-ramm.

Rene’ Barbara huwa miż-Żejtun u beda jistudja l-mużika mal-Għaqda Banda Żejtun ta’ 5 snin u ta’ 7 snin ħareġ idoqq it-trumbetta fejn għamel dsatax-il sena idoqq dan l-istrument ma’ diversi soċjetajiet mużikali. Uħud mill-għalliema tas-Sur Barbara kienu is-Surmast Paul Busuttil, is-Surmast Raymond Sciberras u s-Surmast Jonathan Abela fejn ghand l-aħħar tnejn tħarreġ fit-teorija mużikali. F’dan iż-żmien ukoll is-Sur Barbara beda jistudja l-perkussjoni.

Fl-2007 Rene’ Barbara ddeċieda li jibdel l-istrument u beda jitgħallem it-tuba għand l-għalliem tar-ramm rinomat Paul Borg. Fl-2008 daħal mal-Forzi Armati ta’ Malta fejn minn dak iż-żmien ilu mużiċista, fuq it-tuba full time mal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta. Is-Sur Barbara iżomm il-grad ta’ Bumbardier mal-istess Armata.

Illum is-sur Barbara huwa wieħed mill-aħjar mużiisti fuq it-Tuba fejn huwa mfittex minn diversi għaqdiet mużikali għas-servizzi mużikali tiegħu. Rene’ Barbara huwa wkoll għalliem tal-istrumenti tar-ramm u perkussjoni mas-Soċjeta’ Filarmonika Nicolό Isouard tal-Mosta.

Il-Kumitat jawgura kull suċċess lis-Sur Barbara f’din il-kariga ġdida tiegħu u jixtieqlu kull suċċess fi ħdan is-Soċjeta’ tagħna!