Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Fuq stedina tal-Assemblea Regionale Siciliana u tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta, is-Soċjetà Filarmonika L’Unione ta’ Ħal Luqa ġiet mistiedna sabiex ittella’ programm mużikali fil-Palazz Normann li fih jiltaqa’ l-Parlament Reġjonali ta’ Sqallija ġewwa Palermo.


Dan il-kunċert qed isir bħala parti mill-programm uffiċjali fl-okkażjoni tal-Esebizzjoni Nazzjonali dwar il-kult ta’ Santa Rosalia, patruna tal-Belt ta’ Palermo.


Tajjeb insemmu illi Malta qed tieħu sehem ukoll f’din l-esebizzjoni permezz ta’ pittura mill-isbaħ tal-magħruf pittur ċelebri Mattia Preti. Din hi okkażjoni oħra sabiex tkompli tiġġedded il-ħbiberija u r-rabta storika, kulturali u patrimonjali bejn Malta u Sqallija.


Il-kontinġent Malti ser ikun qed iħalli pajjiżna nhar il-Ħamis 13 ta’ Diċembru u l-Banda ser tkun komposta minn madwar ħamsin mużiċista.

Il-Filarmonika L’Unione ta’ Ħal Luqa bi programm mużikali f’Palermo