Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Ninvestu fil-Banda t’ ghada…



F’dawn l-ahhar snin hafna baned Maltin kienu qed jilmentaw minn nuqqas kbir ta’ tfal u zghazagh li jiddakkru bl-imhabba lejn l-arti muzikali fi hdan il-kazini tal-baned.  Dan ukoll ghaddiet minnu s-Socjeta’ taghna, tant illi f’dawn l-ahhar snin rajna ftit bandisti godda li kellhom ix-xorti jinghaqdu mal-Banda L-Unjoni biex ikomplu fuq il-passi ta’ dawk ta’ qabilhom.  M’ghandniex xi nghidu, illum il-gurnata bosta tfal isibuha komda li jigu mill-iskola, ilestu l-istudju u jintefghu sighat twal fuq il-kompjuter jilghabu xi loghba jew jikkomunikaw ma shabhom.  Dan qed iwassal sabiex hafna tfal qed jahlu wisq hin fuq affarijiet superficjali, waqt li qed iwarrbu l-kultura u t-tradizzjonijiet ta’ pajjizna fil-genb.  


Izda l-affarijiet bdew gejjin ghall-ahjar propju ftit tax-xhur ilu, meta grazzi ghall-ghajnuna li rceviet mill-Agenzija Zghazagh, is-Socjeta’ L-Unjoni investiet fi program shih ta’ taghlim biex jersqu aktar tfal u zghazagh lejn il-kazin u jsiru jhobbu aktar il-banda u l-istrumenti taghha.  Dan kollu sar bil-ghajnuna tas-Surmast Direttur John D. Zammit, l-Assistent Surmast Norbert Camilleri, kif ukoll Victor Borg u Martin Camilleri.  Ghadd sabih ta’ tfal laqghu l-istedina li saritilhom u bdew jattendu ghall-lezzjonijiet, tant li ftit tax-xhur wara kellhom ix-xorti jdoqqu silta muzikali flimkien mal-Banda L-Unjoni waqt il-Kuncert Sinfoniku Annwali ta’ Jannar li ghadda.  


Illum nistghu nghidu illi hafna minn dawn it-tfal bdew it-tahrig fuq l-istrument, waqt li komplew jitghallmu t-teorija muzikali.  Dan jawgura futur sabih ghall-banda taghna, li ghad trid tibqa’ hajja ghal kemm itul iz-zmien sabiex tkompli tkattar il-muzika f’pajjizna.  Nittamaw illi fi ftit taz-zmien iehor naraw lil dawn it-tfal kollha jinghaqdu ufficjalment mal-banda, waqt li nheggu aktar tfal godda u zghazagh biex jaghmlu bhalhom u jersqu lejn il-Banda L-Unjoni.  Il-bieb huwa miftuh ghal kulhadd.  


It-taghlim muzikali huwa investiment f’uliedna biex wara kollox ikollna socjeta’ b’sahhitha denja ta’ pajjizna.  


N. Zammit