Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Apprezzament
Carmel Psaila
President Onorarju tas-Socjeta` Filarmonika L-Unjoni
Illum it-Tlieta 16 t’Ottubru 2018 tħabbret il-mewt tas-Sur Carmelo Psaila, President Onorarju. Għal diversi snin, Karmnu s-So, kif kien magħruf fostna, serva fil-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta' u kien wieħed mill-pijunieri fl-armar tal-festa ad unur Sant’Andrija Appostlu.
Karmnu kien membru ħabrieki tas-Soċjeta’ taghna u ħadem u stinka kemm felaħ sabiex jara l-festa ta’ Sant’Andrija Appostlu timxi ‘l quddiem f’dak li jirrigwarda l-armar. Fil-fatt, huwa kien wieħed mill-ewlenin li ta s-sehem tieghu fil-hidma u l-inawgurazzjoni tal-planċier artistiku disa’ w erbgħin sena ilu. Aktar tard, huwa kien strumentali sabiex sar hafna mill-armar li naraw illum fil-ġranet tal-festa, flimkien ma’ membri ħabrieka oħra li ħallewna. Karmnu kien bniedem ta' talent u kien imfittex minn diversi dilettanti tal-festa għad-disinji sbieħ tiegħu, kif wkoll għall-irħamar. Fost ix-xogħolijiet li ħadem fuqhom insemmu l-pilandri, it-trofej, il-pedestalli, il-kolonni u tant oħrajn.
Il-President u l-Kumitat tal-Soċjeta' Filarmonika L-Unjoni, kif ukoll il-membri, ilkoll nagħtu l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari kollha, filwaqt li nitolbu għal ruħu sabiex issib il-mistrieħ ta’ dejjem.
Grazzi ta’ kollox Karm!