Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Grajja ta’ Mitt Sena ilu ...
B’tifkira tal-ewwel centinarju mir-restawr u r-renovazzjoni tal-Vara Titluari ta’ Sant’Andrija Appostlu
Kitba ta’ Neil Zammit
Bhal ma jigri dejjem, avveniment storiku importanti jibqa’ jigi mfakkar sabiex qatt ma jintesa jew jitwarrab mill-generazzjoni ta’ ghada. Huwa dan li qed naghmlu llum permezz ta’ din il-kitba, waqt li nisiltu t-taghrif tal-grajja li sehhet propju mitt sena ilu, biex infakkru kif inhu xieraq l-ewwel centinarju mir-restawr u r-renovazzjoni tal-Vara titulari ta’ Sant’Andrija Appostlu fl-1913 ghal kif nafuha llum. Dan kollu ghandu jservi bhala omagg xieraq lejn dawk kollha illi wettqu din il-holma, biex b’hekk illum ghadna nistghu ingawdu din ix-xbieha qaddisa, artistika u tant devota tal-Appostlu Sant’Andrija meqjuma b’tant ghozza fil-Tempju Andrean.
Hidmet il-Kappillan Vella
Nhar is-26 ta’ Settembru 1903, Dun Anton Vella ha l-pussess bhala l-kappillan il-gdid tal-parrocca ta’ Hal Luqa. Il-Kappillan Vella twieled f’Bormla fl-1871 u wara li ha l-quddiesa, huwa nhatar Kanonku tal-Kolleggjata tal-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Belt twelidu. Tul il-parrokat tieghu f’Hal Luqa huwa hadem hafna b’risq il-katekezi tat-tfal tal-parrocca, tant li rrestawra u ghamel uzu mill-Kappella tal-Madonna tal-Ftajjar ghal dan il-ghan.
Barra minn hekk, il-Kappillan Vella flimkien mal-prokuratur Dun Giuseppe Vassallo hadmu id f’id biex ikomplu jzejnu l-knisja tar-rahal, tant li kienu ilhom ghaddejjin bi progett wara l-iehor. Insemmu biss it-tlestija tal-faccata tal-knisja wara li sarulha n-navi l-godda, modifikazzjoni fuq l-altari tan-navi, kwadri godda tal-maghruf Giuseppe Cali’ ghall-istess altari, sett gandlieri godda ghall-prima u s-sekonda tal-altar maggur biex jintuzaw fil-festa titulari, restawr tal-appostolat skolpit fl-injam ghall-istess altar maggur kif ukoll xoghol iehor marbut mal-pavimentar u z-zuntier tal-knisja fost l-ohrajn.
Ta’ min jaccenna wkoll illi fl-1911, fuq disinn tal-Bormliz Abraham Gatt, inhadmet l-iskultura kollha mad-dawra taz-zewg nicec li fihom jitqieghdu l-vari ta’ Sant’ Andrija u dik tal-Madonna tar-Ruzarju (u tac-Cintura) mill-iskultur Paolo Falzon. Inhadmu wkoll zewg bibien godda tal-injam ghall-istess nicec minn Luqa Griscti fuq disinn tal-istess Abraham Gatt.
Bhal donnu issa kien wasal iz-zmien ghal dawra tajba fuq il-vara titulari ta’ Sant’Andrija, wara aktar minn mija u tlettin (130) sena li kienet ilha meqjuma u vvenerata gewwa l-knisja parrokkjali tar-rahal. Kif diga’ semmejna, l-artist Abraham Gatt kien midhla sewwa tal-knisja parrokkjali ta’ Hal Luqa. Ghaldaqstant, l-ghazla ta’ min kellu jiehu hsieb dan ix-xoghol waqghet minnufih fuq Abraham Gatt, li f’dik il-habta kien meqjus bhala disinjatur, skultur u artist mill-aqwa.
L-intervent ta’ mitt sena ilu (1913)
Jidher car illi sar qbil bejn il-Kappillan, il-Prokuratur u l-artist Gatt li l-vara ta’ Sant’Andrija kellha tigi modifikata biex tiehu dehra gdida, waqt li tinzamm l-istess raffigurazzjoni kif harget minn idejn l-iskultur Giuseppe Scolaro fl-1779. Ghaldaqstant, Abraham Gatt ha hsieb li jirrispetta l-idea originali waqt li jaghti lill-vara bixra aktar romantika kif kienet popolari dik il-habta. Meta wiehed iqabbel it-tibdil li sar fuq il-vara minn Abraham Gatt mill-ewwel jintebah illi saru numru ta’ modifikazzjonijiet, kemm fil-wicc, kif ukoll fil-panneggjar tal-mant.
Wara l-intervent fuq l-istatwa innifisha, Abraham Gatt zebagh mill-gdid il-karnaggjon taghha, waqt li l-mant gie ndurat bid-deheb u zgraffjat mid-Ditta Francesco Coleiro tal-Belt Valletta. Barra minn hekk, Abraham Gatt ha hsieb jadatta r-raggiera ezistenti kif ukoll iddisinja pedestall, bankun u bradella godda ghal taht l-istess vara.
Ix-xoghol ta’ karpenterija fuq il-pedestall, il-bradella u l-bankun sar minn Luqa Griscti. X’aktarx illi l-iskultura kollha tnaqqxet fl-injam minn Emanuele Buhagiar li f’dik il-habta kien ghadu fil-bidu tal-karriera tieghu. Jinghad illi l-bankun u l-bradella inhadmu f’remissa fi Strada San Giuseppe, kantuniera ma’ Piazza Chiesa, fejn Griscti kien mghejjun mill-membri tas-Socjeta’ L’Unione fosthom Lorenzo Borg. Ghal madwar il-bankun gew ordnati sett ta’ tnax-il appostlu imnaqqxa fl-injam mid-Ditta Ferdinand Stuflesser tal-Awstrija.
L-ispejjez kollha marbuta mar-restawr tal-istatwa u l-induratura taghha thallsu mill-Kappillan Vella u l-membri tal-Kleru waqt li l-ispiza ghall-bankun u l-bradella gabarha l-Prokuratur Dun Giuseppe Vassallo minghand il-parruccani kollha. Mill-banda l-ohra, Mastru Nikola Sammut, li dik il-habta kien President tas-Socjeta’ L’Unione, flimkien ma’ huh Andrea ghamlu tajjeb ghall-ispejjez kollha tal-pedestall u l-induratura tieghu.
Lura f’Hal Luqa
Wara hidma sfieqa, issa kien wasal il-jum tant mistenni tal-Hadd 23 ta’ Novembru 1913, meta kellha tingieb lura f’Hal Luqa l-istatwa ta’ Sant’Andrija wara l-intervent li sarilha minn Abraham Gatt u d-Ditta Coleiro tal-induratura.
Kmieni wara nofsinhar, ghadd ta’ rgiel, nisa u tfal bdew nezlin lejn it-Triq tal-Belt biex jilqghu b’entuzjazmu kbir lill-istatwa ta’ Sant’Andrija fi triqitha lura mill-Belt Valletta. Il-bandisti tal-Banda L’Unione, bl-istrumenti f’idejhom, flimkien ma’ hafna tfal u zghazagh immarcjaw ghat-Triq tal-Belt bid-daqq ta’ marci ferrieha. Hekk kif tfaccat l-istatwa ta’ Sant’Andrija merfugha fuq l-ispallejn, din intlaqghet b’ferh kbir mill-Kappillan Vella, il-kleru u l-parruccani migbura ghal dik l-okkazjoni sabiha. Wara li l-istatwa tqieghdet fuq zewg strippi mhejjija apposta, din giet mikxufa bil-mod fost ic-capcip tal-folla prezenti.
Mument iehor storiku kien meta l-Banda L’Unione, li f’dik il-habta kienet dik wahdanija fir-rahal, bdiet iddoqq marci ferrieha waqt li l-vara ta’ Sant’Andrija ingarret fuq l-ispallejn lejn il-knisja parrokkjali.
Hekk kif il-vara waslet hdejn is-Salib fi Piazza Chiesa, bdiet tinharaq il-musketterija minn fuq il-bejt tal-Kazin tal-Qassisin u din baqghet taghti sakemm il-vara dahlet fil-knisja u kien kwazi digà dalam. Imbghad il-vara tbierket mill-gdid u tqieghdet fuq il-bankun il-qadim quddiem l-altar tat-Twelid, faccata tal-pulptu. L-ghada t-Tnejn, ingiebu fil-knisja il-pedestall, il-bradella u l-bankun il-godda. Issa il-vara intramat taht l-arkata f’n-nofs il-korsija fuq in-naha tal-Evangelju. Fuq l-istess bradella, tqieghdu erba’ bukketti tal-fjuri artificjali mahduma minn Andrea Ellul u s-sagristan Giuseppe Ciappara, b’forma ta’ zewg palmiet, bit-truf hergin minn go kuruna, kif ukoll inhadmet girlanda tal-fjuri ghal mal-bazi tal-istess statwa.
Il-Festa tal-1913
Il-festa titulari ad unur Sant’Andrija Appostlu kompliet bit-tliet ijiem tat-Tridwu Imqaddes bejn is-27 u d-29 ta’ Novembru 1913. Matul dawn il-jiem ta’ thejjija tkantaw il-Vespri akkumpanjati mill-orkestra. Il-priedki tat-Tridwu ghamilhom il-Kappillan ta’ l-Imqabba Dun Francesco Bonanno.
Lejlet il-festa habat il-Hadd 30 ta’ Novembru. Wara l-quddiesa tat-Te Deum, il-Banda L’Unione daqqet marci ferrieha madwar it-toroq tar-rahal. Fit-tlieta ta’ wara nofsinhar bdiet it-Transulazzjoni tar-Relikwija ta’ Sant’Andrija u wara tkantaw il-Primi Vespri Solenni. Il-muzika kienet taht it-tmexxija tas-Surmast Anton Nani, maestro di cappella.
Fl-istess hin il-Banda L’Unione esegwiet l-ewwel programm muzikali taghha fi Piazza Chiesa. Fis-sitta ta’ filghaxija mbghad bdiet il-mixeghla generali li kienet issir b’mijiet ta’ tazzi kkuluriti jixeghlu biz-zejt mal-faccata tal-knisja u fit-triqat principali tal-madwar. Ghall-habta tas-sitta w nofs ta’ filghaxija, il-Banda L’Unione esegwiet it-tieni programm muzikali taghha taht it-tmexxija tas-Surmast Emanuele Spiteri.
Aktar tard kien hemm ukoll programm muzikali imtella’ mill-orkestra La Stella. Ic-celebrazzjonijiet ta’ lejlet il-festa ghalqu bil-hruq tal-loghob tan-nar fl-ghaxra ta’ bil-lejl.
Nhar it-Tnejn 1 ta’ Dicembru, jum is-solennita’, gew mistiedna l-E.T. Mons Pietro Pace, Isqof ta’ Malta biex jippresiedi l-Quddiesa Pontifikali, waqt li l-E.T. Mons Fra Angelo Portelli O.P., Isqof Awziljarju ta’ Malta, niseg il-panigierku. F’nofsinhar imbghad, il-Banda L’Unione ghal darb’ohra bil-bandalori u l-istandardi taghha regghet ghamlet marc kbir madwar it-toroq tar-rahal. Fit-tlieta ta’ wara nofsinhar tkantaw is-Sekondi Vespri ghal darb’ohra bis-sehem tal-orkestra tal-cappella Nani u wara bdiet hierga l-purcissjoni bl-istatwa ta’ Sant’Andrija, waqt li hadu sehem il-baned De Rohan (San Guzepp) ta’ Haz-Zebbug u Beland taz-Zejtun.
Il-gurnal Is-Salib tat-13 ta’ Dicembru kkummentat hekk fuq il-festa ta’ dik is-sena - “Irnexxiet tassew din is-sena l-festa ta’ Sant’Andrija. It-triqat kienu armati mill-ahjar kif kull sena jafu jarmawhom il-Halluqin”. L-istess artiklu fahhar lil Mons. Isqof Fra Angelo Portelli O.P. ghall-panigierku li ghamel, u zied ighid li “...il-prezenza ta’ Mons Pietro Pace, Isqof ta’ Malta, kabbret bil-bosta din il-festa li ghaliha tant ghamlet il-popolazzjoni ta’ Malta”. Spicca bi kliem xejn anqas ta’ tifhir ghall-vara ta’ Sant’Andrija rrestawrata mill-gdid - “...ghandna l-pjacir li nghidu li ftit ghandna bhalha f’Malta”.
Konservazzjoni u restawr fuq il-vara fl-2013
B’dik il-grajja fl-isfond, il-hsieb li tigi rrestawrata mill-gdid l-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija Appostlu flimkien mal-pedestall ta’ tahtha kien ilu jberren f’mohh il-voluntiera tal-knisja. L-ewwel komunikazzjoni formali dwar dan saret fi zmien il-Kappillan Dun Karm Camilleri, li minn naha tieghu mill-ewwel accetta. Izda minhabba c-cirkostanzi li nqalghu, il-Kappillan Camilleri kellu jtemm il-parrokat tieghu fl-2012 u ghaldaqstant wara li ha l-pussess il-Kappillan prezenti Dun Gordon Refalo, regghu bdew it-tahdidiet biex isir dan ir-restawr ghall-okkazjoni tac-centinarju li qed infakkru din is-sena. Sadanittant, ir-restawratur Publio Magro kien gie avvicinat biex jigi jezamina l-hsarat li kien fiha l-vara waqt li din kienet armata fil-knisja ghall-festa tas-sena l-ohra. Il-Kappillan Dun Gordon Refalo accetta bil-qalb li jsir dan ix-xoghol u nhar it-8 t’Ottubru 2012 intbghat rikors il-Kurja biex dan jigi approvat. Ir-risposta minn naha tal-Kurja kienet fil-pozittiv u ghalhekk bdew it-thejjijiet mehtiega.
Wara konsultazzjoni mar-restawratur Publio Magro, gie deciz illi x-xoghol jibda wara l-festi tal-Ghid il-Kbir sabiex l-istatwa u l-pedestall ta’ Sant’Andrija jigu kkonservati bl-ahjar mod possibbli. Matul dawn l-ahhar snin gew innotati xi xpakki fuq il-vara innifisha u ghalhekk kien f’waqtu illi dawn jigu trattati b’mod professjonali.
Nhar il-Hadd 7 t’April wara l-quddiesa tal-ghaxra w nofs ta’ filghodu, il-vara ta’ Sant’Andrija inharget minn nicca, izzarmmat minn fuq il-pedestall taghha u tqieghdet fil-Kappella tad-Duluri li hemm in-naha tas-sagristija l-antika. Ix-xoghol ta’ restawr minn Publio Magro inbeda nhar it-Tnejn 22 t’April u tlesta ftit tal-jiem qabel il-festa li ccelebrajna flimkien b’tant pompa f’Lulju li ghadda. Kemm il-vara kif ukoll il-pedestall gew irtukkati fejn kien hemm il-bzonn, waqt li saret it-tiswija mehtiega fejn kien hemm xi qsim fl-injam.
Tassew kellhomm kliem ta’ tifhir l-ghadd kbir ta’ ammiaturi minn madwar Malta u ghawdex li gew jaraw il-vara hekk kif giet irrestawrata mill-gdid ghal din l-okkazjoni specjali. M’ghandniex xi nghidu, Publio Magro ghamel bicca xoghol tajba li jisthoqqilha kull tifhir. Jall din il-grajja tibqa’ immarkata f’qalbna waqt li tkompli titheggeg dejjem aktar l-imhabba u l-qima lejn dan il-qaddis kbir, Appostlu u Martri ta’ Kristu.
Bibliografija
Arkivju Parrokkjali – Hal Luqa
Lehen il-Parrocca – Hal Luqa, 1988
Lehen il-Parrocca – Hal Luqa, 2006
Malta, 19 Novembre 1913, p.2
The Malta Herald, Saturday, November 29, 1913
The Malta Herald, Thursday, November 27, 1913
Malta Martedì 25 Novembre 1913
Kotba tal-Kaxxier u Minuti tas-Segretarju 1913 – Soc. Fil. L’Unione
Minuti tas-Segretarju 1924 – Soc. Fil. L’Unione
Testimonjanza verbali mill-qraba tal-W.R. Dun Guzepp Vassallo
Dun Guzepp Micallef, Hal Luqa, Niesha u Grajjietha, 1975
Francis Galea, Hal Luqa u l-Banda taghha L-Unjoni, 2005
Parrocca Sant’Andrija, Hal Luqa, 375 Sena ta’ Fidi u Kulttura Nisranija, 2009