Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Festa Liturgika ta’ Sant’Andrija Appostlu

30 ta’ Novembru 2013




Ta’ kull sena l-parrocca tiffesteggja s-Solennita’ ta’ Sant’Andrrija Appostlu fil-jum propju taghha nhar it-30 ta’ Novembru.  Ghaldaqstant, il-membri tal-Kumitat Centrali flimkien ma’ ghadd ta’ membri tas-Socjeta’ attendew ghall-quddiesa solenni tal-festa ppreseduta mill-Vici Parroku Dun Charles Cini.


Tassew kienet quddiesa sabiha, fejn fost l-ohrajn ergajna smajna l-Antifona Cum Pervenisset ta’ Dott. Paolo Nani, illi ghal zmien twil kienet tindaqq fil-festa ta’ Sant’Andrija Appostlu.  Prosit lil Kor Parrokkjali Excelsior kif ukoll lis-Surmast Norbert Camilleri ghal-esekuzzjoni ta’ dan ix-xoghol impenjattiv kif ukoll ghall-kumplament tal-bicciet l-ohra.  


Fakkarna wkoll gheluq il-mitt sena mir-restawr tal-vara titulari, u ghal din l-okkazjoni il-vara intramat kif xieraq bit-taghmir kollu taghha, waqtli tqassmet santa ta’ tifkira.  Prosit lil dawk kollha li hadu hsieb jarmaw il-knisja ghal din l-okkazjoni specjali.  


Izda bla dubju ta’ xejn, kienet sorpriza tassew sabiha meta smajna lil mahbub Kappillan Dun Gordon Refalo ihabbar illi ser jitkompla x-xoghol fis-saqaf tal-knisja parrokkjali fost affarijiet ohra.  Dan wara xhur shah ta’ stennija u incertezza jekk xi darba kienx ser jitkompla u sahansitra jitlesta.  Izda issa smajna konferma cara, li ser jitkompla bil-pittura u d-dekorazzjoni mehtiega.  Ghalhekk, filwaqt li nirringrazzjaw lil Dun Gordon tal-impenn minn naha tieghu biex wasal s’hawn, nittamaw illi x-xoghol jitkompla minnufih biex fi zmien qasir naraw din il-holma ssir realta’.  


N. Zammit