Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Seduta Generali Annwali

Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880


Il-Hadd 19 ta’ Jannar, 2014





Nhar il-Hadd 19 ta’ Jannar inzammet is-Seduta Generali Annwali tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni.  Din is-seduta ssir tal-anqas kull sena hekk kif jitlob l-Istatut tas-Socjeta’ biex matulha jinghata rendikont ta’ dak kollu li sehh fl-ahhar tnax-il xahar.  


L-ewwel inqraw il-minuti tal-ahhar seduta generali mis-Segretarju James Ciappara, imbghad wara minnufih inqara r-Rapport Amministrattiv.  Dan tal-ahhar kien jinkludi dettalji ta’ dak kollu li sar matul l-ahhar sena b’risq is-Socjeta’ taghna, kif ukoll spjega fit-tul tal-hidma wiesa’ li wettaq il-kumitat fid-diversi oqsma tal-Kazin.    


Wara kien imiss ir-Rendikont Finanzjarju, li inghata mill-Assistent Kaxxier Clifford Micallef fl-assenza tal-Kaxxier Albert Cassar li kien jinsab indispost.  Inghataw dettalji dwar l-introjtu u l-infiq kollu li ghamelt is-Socjeta’ matul is-sena li ghaddiet.


Isegwi r-Rendikont Finanzjarju kien imiss is-solitu diskors mill-President Dr Noel Camilleri, fejn dan minn naha tieghu kompla jsostni fuq dak li qalu ta’ qablu, kif ukoll semma numru ta’ affarijiet li hemm il-hsieb li jitwettqu matul ix-xhur li gejjin, waqqt li awgura l-hidma t-tajba ghas-sena li ghandna quddiemna.


Ma setghax jonqos ukoll illi jissemmew il-progetti l-kbar li bhal issa ghaddejjin fi hdan is-Socjeta’ taghna, ewlenin fosthom ir-ristrutturar fil-Kumpless tan-Nar Sant’Andrija biex dan ikun konformi mal-ligijiet prezenti, kif ukoll il-progett tal-Martirju ta’ Sant’Andrija li qed jigi kkordinat mis-Sezzjoni Armar fi hdan is-Socjeta’ taghna.  Ma’ dawn hemm il-hsieb ukoll li s-Sezzjoni Nisa tembarka fuq progett iehor importanti, li mistenni jigi diskuss fil-gimghat li gejjin.    


Lejn l-ahhar tas-Seduta Generali, il-membri prezenti kellhom il-hin biex iqajjmu diversi punti li xtaqu jressqu ghad-diskussjoni.  Dan biex fejn hemm bzonn jitranga jigi rrangat minnufih, waqt li l-hidma t-tajba li qed issir tibqa’ tigi sostnuta u mkattra.


Filwaqt li nawguraw il-hidma t-tajba lill-Kumitat Centrali u s-Sezzjonijiet kollha fi hdanu, nappellaw biex aktar membri, specjalment zghazagh jersqu vicin tas-Socjeta’ taghna u jaghtu daqqa t’id biex dak li nbeda tant snin ilu ikompli jikber u jissahhah.  B’hekk biss inkunu nistghu inkabbru isem L-Unjoni li tant niftahru bih.  



Neil Zammit

Ass. Segretarju