Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Tislima lil

Baruni Kelinu Vella Haber S.O.S.J. (1913 – 2014)

Ex-President Onorarju tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni




Il-Baruni Kelinu Vella Haber twieled gewwa n-Nadur Ghawdex nhar l-1 t’Ottubru 1913, iben Lucio C.J. Vella Haber u Anna nee’ Buttigieg Grima.  Huwa studja fil-Kullegg San Alwigi ta’ B’Kara u aktar tard fil-Kullegg San Mark.  Beda l-karriera tieghu bhala ghalliem tal-Malti fis-Seminarju Minuri u l-Liceo t’Ghawdex.  Fl-1945, gie ggangat mac-civil bhala Information Officer u serva wkoll ghal hmistax-il sena sakemm irtira fl-1973 bhala Senior Information Officer u Kap tal-Informazzjoni u l-Propoganda fi hdan il-Ministeru tal-Agrikultura u Sajd.  


Tul hajtu huwa serva wkoll fost l-ohrajn bhala Membru Akkademiku tal-Akkademja tal-Malti sa’ mill-1942, kif ukoll fundatur tal-Moviment tal-Lingwa Maltija.  Waqqaf numru ta’ assocjazzjonijiet ghall-bdiewa f’Ghawdex, kif ukoll kien promotur tal-Lingwa Maltija fi hdan l-Ordni Sovran ta’ San Gwann ta’ Gerusalem sa’ mill-1963.


  Ir-rabta tal-Baruni Vella Haber mas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni ta’ Hal Luqa tmur lura ghas-sena 1995, meta propju nhar it-12 ta’ Marzu ta’ dik is-sena huwa gie mahtur unanimament bhala President Onorarju ta’ din is-Socjeta’.  Nhar l-20 ta’ Mejju tal-istess sena, is-Socjeta’ hadet hsieb torganizza Kuncert Sinfoniku kbir gewwa t-Teatru tal-Istitut Kattoliku fil-Floriana ad unur tal-Baruni Vella Haber.  Dakinhar, il-Banda kienet immexxija mis-Surmast Direttur il-Prof. Charles E. Zammit, li kien habib kbir tal-Baruni Vella Haber.  L-istess Surmast Direttur tal-Filarmonika L-Unjoni kiteb suite f’seba’ movimenti bl-isem “Nostalgia” b’dedika lil Baruni Vella Haber.  Dan ix-xoghol muzikali kien gie esegwit ghall-ewwel darba mill-Banda L-Unjoni nhar id-9 ta’ Marzu 1996 gewwa t-Teatru tal-General Workors Union fil-Belt Valletta, taht il-patrocinju tal-E.T. Dr. Ugo Mifsud Bonnici, President tar-Repubblika, flimkien mal-Baruni Kelinu Vella Haber innifsu.  

Wara numru ta’ snin bhala Kavallier tal-Ordni Sovran ta’ San Gwann ta’ Gerusalem, huwa serva wkoll bhala Gran Prijur Internazzjonali u Kap tal-Kunsill Suprem tal-istess Ordni.

Il-Baruni Kelinu Vella Haber ircieva numru ta’ unuri u medalji, fosthom mill-Istat ta’ Puerto Rico, Medalja tad-Deheb mill-Academie de Lutece, Medalja tad-Deheb mill-Akkademja ta’ Pontzen, kif ukoll ircieva c-Cittadinanza Onorarja mill-Belt t’Assisi fl-Italja.  Fl-1995 ircieva l-unur “Ordre Communitaire du Merite Europeen” mill-Parlament Ewropew, waqt li fl-1997 ircieva l-Medalja tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu minn idejn l-E.T. Dr. Ugo Mifsud Bonnici, dak iz-zmien President ta’ Malta.  Il-Baruni Vella Haber inghata wkoll “Gieh In-Nadur” fl-1998 mill-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien, Dr. Alfred Sant.  Sena wara, inghata t-titlu ta’ Konti ta’ Mandracci mill-Princep Cesare d’Altavilla, waqt li fl-2003 kien l-ewwel Malti nominat ghall-Premju Nobel.       

Ftit tas-snin ilu, il-Baruni Vella Haber kiteb u rregala lis-Socjeta’ bicca xoghol letterarja kbira bl-isem “Fid-Dverna ta’ Hal Luqa”, li titratta l-hajja socjali ta’ rahal tipiku Malti.  Minnufih, din giet immuzikata mis-Surmast Direttur ta’ dak iz-zmien Prof Charles E. Zammit fil-forma ta’ Kantata-Folk ta’ ‘l fuq minn saghtejn, bil-hsieb li tigi esegwita gewwa teatru ewlieni f’pajjizna.  Izda minhabba xi intoppi li nqalghu fl-ahhar hinijiet, dan ix-xoghol uniku kellu jintrefa’ fuq l-ixkaffa.  

F’Ottubru tal-2013, il-Baruni Vella Haber iccelebra gheluq il-mitt sena tieghu.  Minkejja li sahhtu bdiet sejra lura, huwa dejjem kien jiftakar fil-membri tal-Kumitat u s-soci, waqt li kien jara kif jaghmel biex ikun ta’ ghajnuna ghas-Socjeta’ L-Unjoni.  


Huwa halla din id-dinja nhar it-Tlieta 28 ta’ Jannar 2014.  Il-funeral tieghu sar jumejn wara gewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Gzira, fejn ghalih attendiet folla kbira ta’ nies, fosthom qraba u hbieb.  Maghhom inghaqdu wkoll rapprezentatni tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni, b’turija ta’ rispett u gratitudni lejn dak kollu li ghamel tul hajtu b’risq il-kultura muzikali t’rahalna.  

Grazzi ta’ kollox Baruni.

Strieh fis-Sliem.


Neil Zammit

Ass. Segretarju

Huwa zzewweg lil Donna Carmen nee’ Camilleri fit-18 t’Awwissu 1945 u kellhom tliet itfal; Frances, Joyce u Michael.  

Il-Baruni Kelinu Vella Haber kiteb u ppublika ghadd ta’ xogholijiet, kemm storici kif ukoll teknici, fosthom:

(a) The National Sanctuary of Qala and the Hermit of Mosta

(b) The Calendar of Flowers

(c) The Calendar of Gardening

(d) Home-making of Wine

(e) Poultry Breeding

(f) Oratorium for S.S. Peter and Paul

(g) Folkdrama Naduriana

Barra minn dawn, huwa kiteb ghadd kbir ta’ artikli, profili, poeziji u kontribuzzjonijiet letterarji ohra ghall-istampa lokali.  Kiseb dottorati fil-letteratura mir-Renju Unit kif ukoll mill-Istati Uniti.  Tul is-snin huwa rebah numru ta’ premijiet, waqt li inghata ghadd ta’ onoreficenzi, fosthom fl-2007, meta inhatar bhala Membru Onorarju tal-Ghaqda Poeti Maltin.  Huwa serva wkoll bhala l-editur ta’ ghadd ta’ rivisti lokali fosthom:


(a) Il-Qawsalla

(b) Il-Bidwi

(c) L-Agrikoltura

(d) S.O.S.J. Observer


Il-hbiberija bejn il-Baruni Vella Haber, is-Surmast Zammit u s-Socjeta’ L-Unjoni kompliet tissahhah tul is-snin, tant li mhux l-ewwel darba illi l-Baruni Vella Haber kien jiddedika xi poezija minn tieghu lis-Socjeta’ taghna.  Fost dawn insemmu zewg poeziji miktuba fl-2004, wahda iddedikata lill-Ex Surmast tal-Banda, Joseph Abela Scolaro, u l-ohra miktuba f’gheluq il-25 sena mill-hatra tal-Prof Charles E. Zammit bhala successur tieghu.  Kien benefattur u ammirtur kbir tal-Banda L-Unjoni, tant li sakemm kienet tippermettilu sahhtu, dejjem attenda ghall-Kuncerti li tellghet il-Banda f’teatri u postijiet ohra maghrufa.