Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Jibdew il-preparamenti ghall-Gimgha Mqaddsa
Hekk kif jibda r-Randan, il-knisja minnufih tibda t-thejjija taghha ghall-akbar festa taghna l-Insara, li tfakkar il-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu. Dan iz-zmien sabih tas-sena huwa tant marbut maghna l-Maltin, li ghal snin twahhad mat-tradizzjoni u devozzjoni kbira lejn din il-grajja hekk kbira fl-Iskrittura.
Ghaldaqstant, is-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni diga’ bdiet thejji ruhha biex din is-sena wkoll jigu organizzati ghadd ta’ attivitajiet ghal zmien il-Gimgha Mqaddsa. Fil-fatt diga’ bdew l-ewwel preparamenti ghall-programm ta’ Marci Funebri li l-Banda L-Unjoni ser tesegwixxi nhar Hadd il-Palm, it-13 t’April. Dan il-programm ser jinkludi fih ghadd ta’ marci funebri antiki li ilhom ma jindaqqu mill-banda, kif ukoll xi marci godda miktuba ricenti mis-Surmast, l-Assistant u whud mill-bandisti tal-post.
Barra minnhekk, is-Socjeta’ L-Unjoni timpenja ruhha wkoll biex torganizza wirja mill-isbah ghal dan iz-zmien, biex dawk kollha li jzuru r-rahal ikunu jistghu japprezzaw aktar din it-tradizzjoni u d-devozzjoni qawwija li ghadha tezisti sa llum. Fil-fatt, membri fi hdan il-Kumitat Centrali flimkien mas-Sezzjoni Armar ghal sena ohra qed jahdmu flimkien biex tigi mtella’ wirja ta’ arti sagra bl-isem ‘In Gethsemane’. Fiha ser ikun hemm esebiti xoghlijiet tal-aqwa surmastrijiet fosthom Carlo Darmanin, il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, Renzo Gauci, Noel Cauchi u John Massa.
Aktar taghrif dwar dan kollu jinghata ‘l quddiem.
Neil Zammit
Ass. Segretarju