Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Tizdied l-attivita’ fi hdan is-Socjeta’ L-Unjoni


Hekk kif jibda diehel l-istagun tas-sajf, tibda tizdied bil-qawwi l-hidma mill-membri fi hdan is-Socjeta’ L-Unjoni b’risq il-festa titular ta’ Sant’Andrija Appostlu.  


M’ghandniex xi nghidu, l-festa ggib maghha hafna w hafna xoghol.  Biz-zejjed insemmu li f’temp ta’ ftit jiem, ir-rahal jilbes il-libsa sabiha tal-festa, b’armar mill-aktar artistiku u ta’ livell gholi, waqt li l-knisja tiddandan bl-isbah opri artistic li thaddan, turija tal-qima u d-devozzjoni li l-poplu kellu u ghad ghandu lejn Sant’Andrija Appostlu.  Id-dilettanti tan-nar ukoll jaghtu hinhom u sahhithom kollha biex matul il-jiem tal-festa, is-sema tiddawwal bl-ilwien sbieh tal-loghob tan-nar li Hal Luqa u s-Socjeta’ taghna huma tant maghrufa ghalih.  Dan ix-xoghol kollu jsir fuq bazi volontarja.  U dan ta’ min napprezzawh u nkomplu ninkoragguh ghax li kieku ma kienx hekk, kieku l-festi u t-tradizzjonijiet maltin ilhom li ghebu minn fuq wicc id-dinja!


Tilghab parti importanti f’dan ix-xenarju kollu hija l-banda, li bhal issa tkun impenjata bil-kuncerti ta’ prova ghas-servizzi li gejjin.  Wara r-rekording tas-CD ta’ marci brijuzi, li mistennija tohrog fil-jiem li gejjin, il-banda bdiet thejji ruhha ghas-servizzi li ghandha skedati ghall-festa ta’ San Filep f’Haz-Zebbug kif ukoll dik ta’ San Nikola fis-Siggiewi.  


Wara imbghad ikun imiss is-servizzi marbutin mal-festa ta’ Sant’Andrija.  Din is-sena il-Banda L-Unjoni ghandha d-dritta li tispicca hi l-ahhar.  Ghalhekk, is-servizzi ghal din is-sena jkunu fil-hrug minn nicca, nhar it-tieni tridwu, lejlet u nhar il-festa.  Bhal issa qed isiru wkoll l-ahhar preparamenti ghall-programm muzikali fuq il-plancier, li din is-sena mistenni li jigbed lejh udjenza numeruza ghal darb’ohra.


Inheggu ghaldaqstant lil membri u l-partitarji biex jiehdu sehem attiv f’dak kollu li torganizza s-Socjeta’ u hadd m’ghandu joqghod lura milli jaghti daqqa t’id biex il-piz li ggib maghha l-festa jinqasam fuq aktar nies u kulhadd ikollu cans igawdi l-festa kif jixraq.  


N. Zammit

Ass. Segretarju