Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

FESTA KBIRA


Tassew kienet festa kbira, dik li giet organizzata din is-sena ad unur l-Appostlu u Martri Sant’Andrija f’Hal Luqa.  Dan tixhdu l-folla kbira ta’ nies li attendiet bi hgarha ghac-celebrazzjonijiet li saru, b’mod specjali ta’ lejlet u nhar il-festa.  Ghall-grazzja t’Alla kollox ghadda b’wicc il-gid u tabilhaqq ghamilna festa kbira li taghti gieh lil Sant’Andrija u lis-Socjeta’ L-Unjoni, li sa mit-twaqqif taghha dejjem hadmet favur din l-istess festa li llum tgawdi stima u popolarita’ kbira fost il-Maltin u l-Ghawdxin.

Il-qofol ta’ kull festa nisranija huma c-celebrazzjonijiet liturgici li jsiru gewwa l-Knisja Parrokkjali.  Din is-sena rajna zieda fl-attendenza ghall-quddies tat-tridwu, lejlet u nhar il-festa filghodu.  Grazzi lill-mahbub Kappillan Dun Gordon Refalo u l-Kleru, li hadmu tant tajjeb flimkien biex il-funzjonijiet religjuzi saru kif jixraq b’solennita’ u serjeta’ kbira.  U la semmejna l-knisja, ma nistghux ma nghidux grazzi u prosit lill-grupp tal-armar tal-knisja li ha hsieb mhux biss jarma ghall-festa  bl-ahjar mod possibbli, izda anke ha hsieb jikkordina l-progett tar-restrawr tas-sopraporti li zzanznu nhar il-hrug minn nicca.  Dawn intghogbu hafna u tassew xerqu mal-knisja u l-armar tal-festa.  Kif kien mistenni u kif thabbar mill-Kappillan innifsu, il-progett tar-restawr u d-dekorazzjoni tas-saqaf tal-knisja mistenni jkompli.  Dan wara li gew pprezentati l-abbozzi mehtiega sabiex il-publiku ikun jista’ jara d-disinni proposti mill-pittur Kav. Pawlu Camilleri Cauchi.  Nittamaw illi fil-gimghat li gejjin jibda x-xoghol mehtieg biex jekk Alla jrid, dan il-progett jibda jsir realta’ u tassew ikollna Tempju li jixraq lil Alla u lil Sant’Andrija.  Lill-Kappillan inwieghduh l-ghajnuna kollha taghna u nghidulu … Kuragg, ahna dejjem warajk!

Indawru harsitna lil’hinn mill-knisja, u nitkellmu issa dwar hidmet is-Socjeta’ L-Unjoni u l-Banda taghha fil-festa titular ta’ din is-sena.  Minghajr tlaqliq, is-Socjeta’ L-Unjoni regghet harget bl-unuri kollha f’dak li jirrigwardja s-sehem taghha fil-festi esterni f’gieh Sant’Andrija Appostlu.  Il-membri u l-partitarji hargu kollha bi hgarhom biex jassistu ghad-daqq tal-Banda L-Unjoni, li kellha gimgha impenjattiva kemm f’dak li jirrigwardja marci brijuzi kif ukoll il-programm muzikali.  

U la semmejna l-kuncert, li bhas-soltu sar fuq il-plancier artistiku fi Pjazza Sant’Andrija quddiem folla kbira ta’ nies, ma nistghux ma nifirhux lis-Surmast John D. Zammit, l-Assistent Surmast, il-bandisti u ‘l dawk kollha li taw is-sehem taghhom biex dan il-kuncert muzikali kiseb is-success mixtieq.  Ghal darb’ohra il-banda harget bl-unuri kollha fl-esekuzzjoni tal-muzika pprezentata matul is-serata.  Is-sehem tal-kantanti Federica Falzon, Tiziana Calleja, Sarah Camilleri u Marco Mifsud kompla zied mas-success milhuq, tant li l-folla prezenti laqghet b’capcip kbir lil dawn il-kantanti hekk kif il-vuci taghhom twahhdet mal-hoss tal-banda.  Insomma, kien kuncert ta’ livell gholi u fuq kollox, li nizel ghasel mal-udjenza prezenti.  

Ma ninsewx ukoll is-sehem tal-Banda L-Unjoni fil-marci brijuzi tat-Tnejn, il-Hamis, is-Sibt u l-Hadd.  Dawn il-marci, b’mod specjali dawk tal-Hamis u s-Sibt gibdu lejhom folla kbira ta’ nies li assistew ghat-tlugh tal-istatwi ta’ Sant’Andrija u dik tal-Anglu rispettivament fuq il-pedestalli taghhom fil-pjazza ewlenija tar-rahal.  Tassew kienu xeni mill-isbah li kull min kien prezenti ghalihom jista’ jixhed dan li qed  jinkiteb.  Fuq kollox, kien hemm ferh genwin u onest, minghajr pika u tensjoni zejda, kif wara kollox jixhed l-istess isem tas-Socjeta’ taghna li tant hu ghaziz ghalina.  

Ovvjament, meta ssemmi l-festa ma tistax thalli barra l-hidma kbira li titwettaq mid-dilettanti tal-armar u tan-nar b’risq il-festa.  Wara tant gimghat u xhur ta’ sagrificcju, dawn id-dilettanti jaghtu hinhom u sahhithom kollha biex fil-jiem tal-festa ikollna tassew biex nitpaxxew, kemm mill-lat ta’ armar kif ukoll f’dak li jirrigwardja x-xoghol pirotekniku.  Is-Sezzjoni Armar, barra li hadet hsieb tarma kif jixraq il-pjazza u t-triq ewlenija tar-rahal bl-ahjar mod possibbli, bdiet tara l-frott f’dak li jirrigwardja l-progett il-gdid tal-Martirju ta’ Sant’Andrija.  Fil-fatt, din is-sena kellna fostna x-xbieha ta’ Sant’Andrija,  l-ewwel minn grupp ta’ statwi xoghol Aaron u Alfred Camilleri Cauchi, li jekk Alla jrid, ghandhom ikunu lesti ghal ahhar ta’ din is-sena biex fil-festa tal-2015, dan il-progett jigi inawgurat ufficjalment fl-okkazjoni tal-135 anniversarju mit-twaqqif tas-Socjeta’.  F’dak li jirrigwardja n-nar, id-dilettanti offrew spettaklu sabih ta’ nar matul il-jiem kollha tal-festa.  Ix-xoghol mar tajjeb u hafna li gew jassistu ghal dan l-ispettaklu fahhru x-xoghol li kien esebit.  Mill-qalb nifirhu u nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom fl-armar u n-nar ghax-xoghol kbir li ghamlu b’risq il-festa.  Zgur li l-hidma ta’ dawn in-nies tibqa’ dejjem importanti hafna biex il-festa tkompli tikber minn sena ghall-ohra.  Grazzi u prosit lil kulhadd.

Fl-ahharnett, izda zgur mhux l-anqas, prosit ukoll lis-Sezzjoni Zghazagh, lin-Nisa, il-Kummisjoni Banda u dik tar-Radju, li flimkien mal-Kumitat, hadmu id f’id ukoll favur il-festa sabiha li kellna din is-sena.

Il-Kumitat Centrali jirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor ghenu fl-organizzazzjoni tal-festa.  Grazzi lill-benefatturi, soci u partitarji, u lil dawk kollha li zaruna fil-jiem tal-festa.  Minn issa ‘l quddiem, wara ftit mistrieh misthoqq, nibdew nahdmu bis-shih biex il-festa li gejja ma taghmilx ghajb lil dik li ghadna kif iccelebrajna flimkien ad unur Sant’Andrija Appostlu.


Neil Zammit

Ass. Segretarju