Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Ghadda stagun iehor… x’imiss?
Nistghu nghidu li l-istagun tal-festi issa gie fi tmiemu, ghajr ghal xi festi zghar tal-kampanja li jigu ccelebrati ‘l hawn u ‘l hinn. Ghall-Banda L-Unjoni, dan l-istagun fisser xejn anqas minn ghaxar servizzi kif ukoll tant xoghol mis-Surmast u l-Kummisjoni Banda biex il-banda tkun fl-ahjar forma taghha ghal kull servizz. Ma naqasx ukoll illi f’dawn is-servizzi, fil-maggor parti taghhom, il-Banda L-Unjoni tkun mistiedna nhar il-festa u b’hekk tkun impenjata permezz ta’ marc u program fuq il-plancier.
Issa li ghadda l-istagun tal-festi b’wicc il-gid, il-Kumitat Centrali flimkien mas-Surmast u l-Kummisjoni Banda diga’ bdiet tahdem fuq il-Programm Annwali li din is-sena ser isir il-Hadd 23 ta’ Novembru gewwa t-Teatru Metanoia, Hal Luqa. Ser tindaqq muzika varjata bhal dejjem, li fuq kollox tolqot il-gosti ta’ kulhadd. Izda dwar dan jithabbru aktar dettalji ‘l quddiem.
Intant, kompliet il-hidma f’dak li jirrigwardja l-allievi, grazzi ghal kordinament bejn is-Surmast, l-Assistant u l-ghalliem tas-Sezzjoni ramm. Bhal issa ghandna madwar hamsa w ghoxrin student li hadna minnhom diga’ ghandhom l-istrument f’idejhom u qed jippromettu sewwa fl-istudji taghhom. Zgur li s-Socjeta’ se tibqa’ taghmel dan minghajr hlas ghall-beneficcju tat-tfal infushom kif ukoll biex dejjem inkabbru l-isem tal-Banda L-Unjoni.
N. Zammit
Ass. Segretarju