Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Tkompli l-hidma mid-dilettanti tan-nar



Wara sena shiha ta’ hidma kontinwa, liema hidma issarrfet f’success bir-rebh ta’ zewg festivals nazzjonali tan-nar f’anqas minn tmint ijiem, il-hidma mid-dilettanti tan-nar ma waqfitx hawn.  


Matul il-granet shan tas-sajf, membri tal-Kamra tan-Nar Sant’Andrija kienu impenjati ferm aktar mis-soltu b’xoghol ta’ manutensjoni fil-post tan nar sabiex isiru l-alterazzjonijiet mehtiega biex ikun jista’ jigi zgurat futur sabih ghall-manifattura tan-nar fi hdan is-Socjeta’ L-Unjoni.  



Fil-fatt, inqalghet l-art, kif ukoll is-saqaf fejn jinhazen in-nar biex isiru mill-gdid sabiex ikun hemm iktar sigurta’.  Barra minn hekk, il-mahzen issa ser ikun mibni u inqassam ahjar, peress li din il-binja kienet wahda mill-aktar kmamar antiki li kien hemm fil-Kumpless tan-Nar Sant’Andrija.  


Dan ix-xoghol kollu qed isir volontarjament, grazzi ghal-membri habbrieka tas-Socjeta’ taghna.  


Barra minn hekk, ix-xoghol propju tal-manifattura tan-nar diga’ beda, biex jekk il-Bambin irid, matul l-2015 infakkru kif xieraq il-135 sena mit-twaqqif tal-Banda L-Unjoni. Aktar taghrif dwar dan jinghata ‘l quddiem.  



N. Zammit

Ass. Segretarju

  


2014