Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Kuncert Sinfoniku Annwali
Mis-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni A.D. 1880
Teatru Metanoia, Hal Luqa Il-Hadd 23 ta’ Novembru, 2014 – 07:30 p.m.
Bhal kull sena, is-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni qed tipprezenta l-Kuncert Sinfoniku Annwali taghha li din is-sena se isir nhar il-Hadd 23 ta’ Novembru gewwa t-Teatru Metanoia. Il-Banda L-Unjoni, dejjem taht id-direzzjoni tas-Surmast John D. Zammit, ser tesegwizzi program varjat ta’ muzika klassika, semi-klassika, pop u soundtracks minn films popolari.
Jiehdu sehem mal-banda din is-sena ser ikollna zewg kantanti stabbiliti; Eleanor Cassar u Tiziana Calleja.
Barra minn hekk, se jiehdu sehem ukoll L’Unione Brass Quintet, kif ukoll l-aljevi tal-istess Socjeta’, li ser jesegwixxu xi bicciet muzikali taht id-direzzjoni tal-Assistant Surmast Norbert Camilleri.
Il-Kuncert ser isir taht il-patrocinju distint tal-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President tar-Republika.
N. Zammit