Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Seduta Generali Annwali u Elezzjoni tal-Kumitat Centrali 2015-2017


Ta’ kull sena is-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni tiehu hsieb torganizza s-Seduta Generali Annwali fejn matulha jinghata rendikont tal-hidma li tkun saret fl-ahhar tnax-il xahar.  


Din is-sena is-Seduta Generali kienet skedata ghall-Hadd 18 ta’ Jannar 2015.  Sar diskors ta’ merhba mill-President u wara inqraw il-Minuti tal-ahhar Seduta Generali (2014).  Kien imiss imbghad li  jinqraw ir-Rapport Amministrattiv mis-Segretarju u r-Rendikont Finanzjarju mill-Kaxxier.  Wara li dawn iz-zewg rapporti gew approvati mill-membri kollha presenti, is-Seduta Generali ghaddiet biex tiddiskuti xi emendi fl-Istatut tas-Socjeta’.  Saret diskussjoni miftuha fejn uhud mill-membri ressqu l-punti u l-ilmenti taghhom.  


Wara hin ta’ diskussjoni, gie deciz illi s-Seduta Generali tkompli il-Gimgha 30 ta’ Jannar.  Dak inhar tkompliet id-diskussjoni dwar l-emendi imressqa kif ukoll dwar punti ohra relatati.  Wara hin ta’ diskussjoni, gie deciz illi l-Istatut jigi emendat hekk kif propost mill-membri prezenti.  Mill-gdid regghu fethu n-nominazzjonijiet ghall-Kumitat Centrali biex jifforma ruhu.  


Intant, is-Seduta Generali ghaddiet ghat-tielet u l-ahhar parti taghha nhar it-Tnejn 16 ta’ Frar, wara li kien inghata bizzejjed hin biex jintefghu in-nominazzjonijiet il-godda.  Fil-fatt, dakinhar gie xolt il-Kumitat Centrali u inqraw in-nominazzjonijiet kollha.  Wara saret l-elezzjoni ghall-hatra tal-Kumitat Centrali il-gdid.  Mill-esitu tar-rizultat, il-Kariga ta’ President baqghet battala u ghalhekk kellha tigi l-ewwel laqgha tal-Kumitat il-gdid biex jifforma l-Kumitat Centrali kif gej:



Kumitat tal-Filarmonika L-Unjoni 2015-2017


AGENT PRESIDENT – Emmanuel Magri

VICI PRESIDENT – Lawrence Cassar

SEGRETARJU – James Ciappara

ASS. SEGRETARJU – Joe Aquilina

TEZORIER – Clifford Micallef

ASS. TEZORIER – Albert Cassar

RAPP. KUMM. BANDA – Norbert Camilleri

ARKIVISTA – Neil Zammit

KURATUR – Andrew Aquilina

DELEGAT TAS-SOCI – Jonathan Costa

DELEGAT FONDI EWROPEJ – Andrew Schembri

DELEGAT ATTIVITAJIET SOCJALI – Sandro Farrugia


Filwaqt li nirringrazzjaw lil Dr. Noel Camilleri ghal-kontribut tieghu, nawguraw il-hidma t-tajba lill-Kumitat il-gdid biex b’ghaqal u determinazzjoni ikompli jmexxi lis-Socjeta’ L-Unjoni fit-triq tas-successi.



N. Zammit

Arkivista