Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Jibdew it-thejjijiet ghal-Gimgha Mqaddsa


Ninsabu f’dan iz-zmien tar-Randan Imqaddes, zmien sabih li hafna ikunu qed jistennew minn sena ghal ohra.  Dan ghaliex, minbarra li nikkontemplaw fuq il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Gesu’ Kristu, nidhlu wkoll fl-ispirtu ta’ din il-grajja tal-fidwa, permezz tal-hafna tradizzjonijiet u uzanzi sbieh li ghadna ngawdu sa llum gewwa pajjizna.



Is-Socjeta’ L’Unione qatt ma baqghet lura biex tkompli ma’ dan l-ispirtu, tant li mill-bidu nett tat-twaqqif taghha, dejjem tat is-sehem taghha biex issebbah dejjem aktar il-purcissjoni li tohrog mill-Knisja Parrokkjali nhar il-Gimgha l-Kbira.  U din is-sena mhux anqas, tant li diga’ bdew it-thejjijiet ghall-programmi muzikali li l-Banda tesgwixxi f’dan iz-zmien tant sabih u qaddis.


Intant, l-ewwel impenn ghall-Banda L’Unione ser ikun nhar Hadd il-Palm filghodu, fejn dakinhar jigi esegwit programm ta’ Marci Funebri mill-arkivji kif ukoll xi marci godda li jkunu gew irregalati lis-Socjeta’ fl-ahhar snin.  Dan il-programm sar ikun mistenni minn sena ghall-ohra, specjalment minn dawk id-dilettanti tal-marci funebri li jkunu ilhom sena shiha jistennew biex jisimghu il-melodiji kiebja ta’ dawn il-marci partikolari.  


Wara imbghad ikun imiss is-sehem tal-Banda L’Unione fil-purcissjoni li tohrog nhar il-Gimgha l-Kbira.  Bhal ma jsir is-soltu, il-Banda tesegwixxi program ta’ muzika sagra waqt il-hrug tal-purcissjoni, taht id-direzzjoni tas-Surmast John D. Zammit.  Malli tohrog il-Vara l-Kbira, il-Banda tesegwixxi l-innu immortali La Croce tal-Ex Surmast tal-Banda, Orlando Crescimanno.  Immedjatament wara, il-Banda tkompli takkumpanja l-purcissjoni bid-daqq ta’ marci funebri tul ir-rotta kollha tal-purcissjoni.  



Dan li gej huwa l-programm li se tesegwixxi l-Banda L’Unione nhar il-Gimgha l-Kbira -

Ben Hur Miklos                                                                               Rosza

Stava Maria Dolente                                                                      Orlando Crescimanno

Pax Aeterna – Alla Memoria di Rita Cassar                                  Neil Zammit

Invocazione Per Venerdi Santo                                                    Charles E. Zammit

 Tkanta Federica Falzon

 In Memoria di Innocenzo Camilleri                                            Norbert Camilleri

Pie Jesu’                                                                                         Andrew Lloyd Weber (Arr. J. D. Zammit)

 Tkanta Federica Falzon

In Aeternam Pacem – In Memory of Nazzareno Formosa          John D. Zammit

La Croce                                                                                         Orlando Crescimanno

 Tkanta Federica Falzon


Barra minn hekk, is-Socjeta’ L’Unione taghti s-sehem taghha wkoll f’dak li jirrigwardja esebizzjonijiet ta’ arti sagra u dik popolari.  Fil-fatt, ghal sena ohra konsekuttiva, is-Sezzjoni Armar fi hdan is-Socjeta’ se tkun qed ittella’ wirja ta’ arti sagra gewwa s-sede tas-Socjeta’.  Fiha ser ikun hemm esebiti xoghlijiet ta’ diversi artisti maghrufa Maltin, fosthom Carlo Darmanin, Renzo Gauci, John Massa, Chris Ebejer u ohrajn.        

Il-wirja tkun miftuha mill-Gimgha 27 ta’ Marzu sal-Gimgha 3 t’April u d-dhul huwa minghajr hlas.  

Inheggu lill-membri kollha u l-familjari sabiex jattendu ghal dawn l-attivitajiet, waqt li jassistu wkoll ghall-funzjonijiet li jsiru gewwa l-Knisja Parrokkjali.


N. Zammit