Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Is-sajf qorob… u l-festa regghet maghna!






    



Gheluq

Bil-hidma u l-ghajnuna ta’ kulhadd, kollox hemm preparat biex ikollna festa ohra sabiha u kbira kif taf taghmel il-Filarmonika L-Unjoni.  Jalla niccelebraw bil-kbir fi spirtu nisrani u nadif.  Wara kollox, dak u l-iskop tal-festa, li nifirhu flimkien ad unur Sant’Andrija Appostlu.  Ghax jekk nitilfu dan, allura inkunu tlifna kollox qabel biss inkunu bdejna!

Nappellaw biex kulhadd jattendi bi hgaru ghac-clebrazzjoniet kollha li ser isiru kemm fil-knisja kif ukoll fuq barra, halli b’hekk tassew ikollna festa sabiha kompluta b’kollox.  



Neil Zammit

Viva Sant’Andrija

Viva l-Filarmonika L-Unjoni



Kif jghaddi z-zmien!  

Xahar wara l-iehor, ninsabu f’Gunju u dan ifisser li s-sajf qorob u l-festa regghet maghna!

L-ghan ewlieni tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni huwa li tkattar l-edukazzjoni muzikali fost it-tfal u z-zghazagh, waqt li taghti s-sehem shih taghha fil-festi tal-parrocca, ewlenija fosthom dik ad unur il-patrun tar-rahal Sant’Andrija Appostlu.  B’dan l-ideal f’mohhna, il-hidma tal-membri fi hdan il-kumitat centrali u s-sezzjonijiet l-ohra kollha tiffoka fuq diversi aspetti li x’hin jitwahhdu flimkien joholqu armonija festiva.  Ghas-Socjeta’ L-Unjoni, il-festa hija okkazjoni ta’ kull sena fejn toffri lil membri u l-ammiraturi taghha spettaklu ta’ muzika, armar, nar u ferh genwin u onest, li flimkien mal-funzjonijiet liturgici, jghamlu festa tassew religjuza u kompluta minn kollox.  



Zmien ta’ Tigdid

Kif jafu hafna, din is-sena kienet tfisser bidla u tigdid ghas-Socjeta’ L-Unjoni.  Id-demokrazija hija dik li hi, u hadd ma jista’ jmeri dan il-process ghax jintuza madwar id-dinja ghal-gid ta’ popli u nazzjonijiet shah.  Minkejja dan kollu izda, rebah dejjem is-sens ta’ ghaqal u lealta’ lejn is-Socjeta’ u ghalhekk wara zmien ta’ incertezza, il-Kumitat Centrali rega’ fforma b’sahhtu aktar minn qatt qabel biex ikompli bil-hidma tieghu b’risq il-Filarmonika L-Unjoni.  Ma nistax minn hawn f’isem shabi tal-Kumitat ma nirringrazzjaw lil dawk kollha illi servew fil-kumitat fl-ahhar snin u li ghal ragunijiet diversi illum m’ghadomx parti minnu.  Zgur izda li dak li ghamlu se jibqa’ jigi apprezzat, u posthom ghadu validu gewwa s-Socjeta’.  L-ghajnuna ta’ kulhadd hija bzonjuza biex nibqghu mexjin ‘l quddiem u ma naqtghu qalbna qatt.

Hidmet il-Kumitat matul dawn l-ahhar xhur kienet li tikkordina lis-sezzjonijiet kollha li jaqghu fi hdan is-Socjeta’ taghna, waqt li baqghet ghaddejja hidma sfiqa biex is-Socjeta’ tibqa’ miexja ‘l quddiem u teghleb l-isfidi li jinqalghu ta’ kuljum.  




Il-Banda …

L-impenn ewlieni tal-Banda L-Unjoni ghadu u jibqa’ l-festa ta’ Sant’Andrija Appostlu.  Minbarra l-programm muzikali fuq il-plancier, il-banda tkun impenjata bil-marci tal-Gimgha (l-ahhar tridu) u tas-Sibt (lejlet il-festa).  L-Erbgha ser ikollna fostna l-Banda St. Katarina taz-Zurrieq waqt li l-Hadd flghaxija ikollna l-Banda 12th May ta’ Haz-Zebbug.  Dan kollu jirrekjedi hafna xoghol, grazzi ghall-hidma tal-Kummisjoni Banda li din is-sena wkoll rat fi hdanha element gdid u zghazugh li jawgura future sabih ghall-Banda L-Unjoni biex tibqa’ wahda mill-ewlenin f’pajjizna.

 

L-Armar … fiex wasalna?

Hafna jistaqsu minn zmien ghal zmien fiex wasal il-progett tal-martirju.  Bla dubju, dan kien ta’ interess ghall-membri mill-bidu tieghu, izda issa aktar zdied l-interess ghax kulhadd irid jarah lest.  Ghal kwazi erba’ snin shah, is-Sezzjoni Armar hadmet kemm felhet sabiex tigbor il-fondi mehtiega biex din il-holma setghet issir realta’.  L-ispejjez huma kbar.  Mhux ghax il-progett huwa kbir fih innifsu diga’, izda wkoll ghax ix-xoghol li sar u qed isir huwa tal-oprem kwalita’ u xejn ma hu bizzejjed halina jekk mhux l-ahjar.  Ridna naghtu rigal kbir lis-Socjeta’ u lil Hal Luqa, u hekk se nghamlu.  Dan kollu ghall-glorja u l-qima lejn Sant’Andrija Appostlu li ad unur tieghu issir din il-hidma sfiqa matul is-sena kollha.  Grazzi lil dawk kollha li hadmu biex stajna waslna s’hawn, u grazzi wkoll lil dawk il-membri u l-benefatturi kollha li taw is-sehem taghhom f’dan il-progett.  Fadal l-ahhar ftit x’jingabu … napprezzaw l-ghajnuna taghkom lkoll.  




In-Nar … spettaklu ta’ lwien!

Il-Kamra tan-Nar Sant’Andrija ghal darb’ohra hadet hsieb sabiex tipprepara program ta’ nar tal-ajru u tal-art biex ikun jsita’ jitgawda matul il-jiem tal-festa.  Bosta membri dilettanti tan-nar hadmu sena shiha b’sagrificcju kbir, u dan grazzi ghad-dedikazzjoni taghhom lejn dan id-delizzju.  Barra minn hekk, saret ukoll hafna hidma amministrattiva f’dak li jirrigwardja l-post tan-nar biex dan isir kif titlob il-ligi prezenti.  Grazzi lil dawk kollha li qed jirsistu ghal dan il-ghan, u grazzi wkoll lil dawk il-benefatturi kollha li sena shiha jkunu ta’ sostenn ghall-kamra tan-nar.  Lil dawn shabna nghidulhom joqghodu mohkom hemm u ibqghu maghqudin flimkien.  B’hekk biss jintrebhu l-ostakli u jigi zgurat gejjieni sabih.  



Radju, Zghazagh u Nisa …

Minkejja li huma tlett sezzjonijiet zghar fin-numru, dawn jirraprezentaw fazzjoni kbira mill-membri u l-partitarji tal-Kazin taghna.  

Sehem iz-zghazagh huwa importani hafna ghax dan biss jista’ jizgura futur sabih ghas-Socjeta’ taghna.  Minkejja l-kritika li dejjem isibu ma wicchom, iz-zghazagh jafu jkunu leali u protagonist fis-Socjeta’ taghna u ghalhekk nawgurawlhom il-hidma t-tajba.  Zgur li mhux se jonqos il-briju kbir u sabih li jafu joffru z-zghazagh kull darba li se jkollna l-marci taghna; l-Erbgha, l-Gimgha u s-Sibt lejlet il-festa.      

Il-membri nisa huma wkoll importanti, ghax il-mara ghandha wkoll postha fis-Socjeta’ u l-hajja ta’ kuljum.  Sena shiha jorganizzaw attivitajiet biex jigbru fonsi b’risq is-Socjeta’, tant li ftit tal-gimghat ohra se jinbeda x-xoghol fuq l-irham tat-tarag ewlieni tal-kazin, grazzi ghall-generozita’ tal-partitarji nisa u dawk kollha li jahdmu id f’id.  

Radju Sant’Andrija nistghu nghidu li beda mix-xejn, u llum igawdi udjenza sabiha kemm f’Hal Luqa kif ukoll ‘l barra mir-rahal u minn xtutna permezz tal-internet u mezzi ohra.  Il-varjeta’ ta’ programmi hija s-sigriet ta’ aktar success, u dan juri bic-car li x-xoghol li qed twettaq il-Kummisjoni Radju qed jigi apprezzat mill-udjenza prezenti.