Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Ringrazzjament mis-Sezzjoni Armar…
Is-Sezzjoni Armar fi hdan il-Filarmonika L-Unjoni tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom biex il-festa ta’ din is-sena ad unur Sant’Andrija Appostlu regghet kienet ta’ success kbir minn kull lat.
Grazzi lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor taw l-ghajnuna taghhom biex seta’ jizzejjen ir-rahal bl-isbah armar tal-festa. Grazzi lill-membri kollha tas-Sezzjoni Armar li hadmu u stinkaw kemm felhu biex seta’ jsir dan ix-xoghol kollu bil-galbu u minghajr hsara zejda.
Radd il-hajr specjali lil Lawrence Cassar, Shaun u Floyd Cassar, Tano Spiteri u Andrew Sammut tal-ghajnuna taghhom kull meta kellna bzonn.
Bla dubju, din is-sena tibqa’ mfakkra ghall-inawgurazzjoni tal-ewwel fazi tal-progett tal-Martirju, liema progett ilu li nbeda aktar minn tlett snin ilu u issa wasal fil-fazi finali tieghu. Zgur li x-xoghol li sar intlaqa’ tajjeb mill-membri u l-partitarji u minn dawk kollha li gew izuruna fil-jiem tal-festa. Grazzi lil dawk kollha li hadmu l-aktar b’risq dan il-progett – Joe Aquilina, Henry Camilleri, Twanny Ellul, Andrew Aquilina, Clifford Micallef fost l-ohrajn. Grazzi lil dawk kollha involuti fil-gbir tal-flus, specjalment lil Raymond Penza, Andrew Aquilina u Neil Zammit. Grazzi lill-benefatturi kollha li taw is-sehem taghhom biex illum wasalna s’hawn u lil dawk kollha li ghenu fl-ahhar mumenti biex stajna inlestu l-ewwel fazi tal-pedestall fil-hin. U bix-xieraq nghidu prosit lill-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi tal-opra sabiha li hadmulna biex tkompli ssebbah it-triq ewlenija tar-rahal imsemmija ghal qaddis patrun!
Fuq kollox grazzi lil Alla u lil Sant’Andrija tal-ghajnuna li dejjem jaghtuna matul is-sena kollha biex inkunu nistghu nahdmu ghall-gid tal-komunita’.
Viva Sant’Andrija
Viva s-Soc. Filar. L-Unjoni