Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Is-Sala tal-Kuncerti tinghata dehra moderna…
Riesaq lejn tmiemu l-progett ambizzjuz li dahlet ghalih is-socjeta’ taghna. Qed nirreferi ghall-progett tar-rinovazzjoni tas-sala tal-kuncerti li tinsab fit-tielet sular tas-sede taghna. Il-kumitat dejjem ta lill-banda prijorita’ assoluta u ghalhekkk kien ghaqli u ta’ fejda li dan il-progett jitwettaq biex b’hekk il-bandisti ikollhom sala xierqa fejn ikunu jistghu jitharrgu matul is-sena.
Il-process beda f’Marzu tas-sena l-ohra, meta saret l-applikazzjoni mal- Fondazzjoni Gal Xlokk taht l-iskema LEADER (Measure 413 Action A3 – Open call for Voluntary Organizations) bil-progett ikun iffinanzjat 80 fil-mija mill-Unjoni Ewropeja u 20 fil-mija mis-socjeta. Is-socjeta innominat lil-Onorevoli Silvio Schembri bhala Project Leader u saret sottomissjoni ghall-progett ta’ hmistax-il elf ewro. F’Ottubru hargu r-rizultati, wara li sar il-process ta’ evalwazzjoni u hadna l-ahbar sabiha li l-applikazzjoni taghna giet milqugha u ghaldaqstant nhar id-19 ta’ Jannar 2015 gie ffirmat il-kuntratt mis-sur Schembri fil-prezenza tas-segretarju s-sur James Ciappara.
Ix-xoghol kien jikkonsisti fl-installazjoni ta’ sistema ta’ arja kkundizzjonata, suffett u installazjoni tad-dawl “led” u sistema ta “raised flooring”. Dan ix-xoghol beda fi Frar u tlesta F’Me jju. Fix-xhur ta’ Gunju u Lulju waqafna minhabba l-festa ta’ Sant’Andrija imma hekk kif beda Awissu komplejna bl-ahhar fazi tal-progett. Inxtara d-drapp u inhietu purtieri godda li jiksu tlett hitan shah tas-sala. Dan sar biex is-sala tigi aktar “soundproof” u l-hoss tal-banda johrog ahjar. Hawn ta’ min jirringrazzja lis-sinjura Mary Callus li hietet il-purtieri kollha b’mod volontarju. Inxtraw ukoll hamsin legiju gdid li gentilment gew imhallsa mill-Vici President is-sur Lorry Cassar. Fadal xi xoghol iehor xi jsir fosthom bieb gdid tal-aluminium “double glazed” u twahhil ta’ “skirting” li nittamaw li jkunu lesti sax-xahar id-diehel. L-ahhar haga li jkun jonqos hija li jinxtraw sittin siggu gdid biex jinbidlu dawk qodma li ghandna fil-prezent. Minn hawn nappella biex min jixtieq jaghti xi donazzjoni biex jinxtraw is-siggijiet jikkuntattja lil xi membru tal-kumitat biex b’hekk is-sala tkun kompluta minn kollox. Aktar tard matul is-sena ser tittella attivita’ bis-sehem tal-allievi u bandisti taghna biex tigi nawgurata is-sala.
Dan il-progett kien wiehed ambizzjuz ferm, u sar bil-hsieb li nattiraw ukoll aktar tfal u zghazagh biex jersqu lejn il-kazin u jaghmlu uzu mit-taghlim tal-muzika li ahna noffru minghajr hlas. Inheggu lil genituri jibghatu lil uliedhom jitghallmu strument muzikali mas-socjeta’ Filarmonika L-Unjoni biex b’hekk din is-socjeta’ tibqa tikber u tissahhah fil-futur.
Naghlaq billi nirringrazzja minn qalbi lil kull min b’xi mod ghen biex din il-holma titwettaq b’mod specjali lill-Onorevoli Silvio Schembri li kien strumentali biex is-socjeta’ akkwistat dawn il-fondi.
Clifford Micallef
Kaxxier