Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

IL-FRATELLANZA U L-FESTA TAL-MADONNA TAC-CINTURA F’HAL LUQA


Il-Madonna taht it-titlu tal-Konsolazzjoni maghrufa l-aktar bhala il-Madonna tac-Cintura hija l-patruna specjali tal-Ordni Agostinjana. Il-patrijiet fi hdan din l-Ordni li jaghtu gieh ukoll lil Santa Monika u binha Santu Wisin, ghandhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna taht dan it-titlu tac-Cintura u l-festa taghha ssir lejn l-ahhar t’Awissu jew fil-bidu ta’ Settembru, ftit jiem fuq it-tifkira ta` l-istess zewg qaddisin ta’ l-Ordni Agostinjan.  F’pajjizna insibu diversi knejjes li jiccelebraw din il-festa ghaziza fosthom dawk tal-patrijiet Agostinjani tal-Belt Valletta u tar-Rabat, fil-Gudja u ohrajn.  Minbarra dan, insibu wkoll ghadd sabieh ta’ fratellanzi imxerrda ma’ Malta u Ghawdex iddedikati lill-Madonna taht dan it-titlu.

Il-Festa tal-Madonna tac-Cintura f’Hal Luqa saret ghall-ewwel darba fl-1720.  Fil-fatt, insibu illi nhar it-12 ta’ Gunju 1719, l-Isqof Canaves laqa’ t-talba li saret nhar it-8 ta’ Gunju 1719 mill-W.R. Dun Gio Domenico Stellini, it-Terz-Ordni Agostinjan u l-Kappillan Ignazio Agius sabiex titwaqqaf il-fratellanza tal-Madonna tac-Cintura fil-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa.  Ic-cerimonja solenni saret nhar it-28 t’April 1720 u tmexxiet mill-Kappillan Agius u Patri Antonio Mifsud O.S.A.  Interessanti huwa l-fatt illi din il-fratellanza twaqqfet ufficjalment fuq l-artal iddedikat lil San Mikiel Arkanglu peress li sa dak iz-zmien, artal tac-Cintura kien ghad m’hemmx.  Dan huwa simili hafna ghal dak li gara kwazi mitt sena qabel meta twaqqfet il-fratellanza tar-Ruzarju fis-seklu sbatax.  Minkejja dan, xorta wahda il-fratellanza tac-Cintura  kellha tgawdi l-privileggi u l-indulgenzi kollha moghtija lilha permezz tal-Bolle Pontificie.    Insibu wkoll illi l-W.R. Dun Gio Domenico Stellini flimkien mat-terzjarji Agostinjani kienu hallsu ghal kwadru zghir tal-Madonna tac-Cintura sabiex setghet tikber id-devozzjoni lejHa u b’hekk tkun tista titwaqqaf il-fratellanza l-gdida.  F’dan il-kwadru wiehed seta’ jara x-xbiehat tal-Madonna bil-bambin flimkien ma’ Santu Wistin u Santa Monika.   

Il-festa tac-Cintura baqghet issir kull sena, u kienet tigi ccelebrata nhar l-ahhar Hadd t’Awissu jew l-ewwel Hadd ta’ Settembru.  Tul il-medda tas-snin insibu li d-devozzjoni lejn ic-Cintura zdiedet u kienu hafna dawk il-benefatturi li hallsu xi opri artistici sabiex jintramaw fil-festa.  Insibu illi sas-sena 1727, il-fratellanza tac-Cintura ma kelliex artal taghha u ghalhekk inhasset il-htiega sabiex din l-istess fratellanza takkwista wiehed mill-artali li diga kien hemm fil-knisja parrokkjali.  Fil-fatt, il-prokuraturi tal-fratellanza tac-Cintura, Gio Domenico Zammit u Giuseppe Mifsud baghtu supplika lill-Isqof ta’ Malta f’Settembru 1727 sabiex l-artal ezistenti taht it-titlu tas-Santissima Trinita’ jinghata lill-fratellanza tac-Cintura u b’hekk ikun jista jsir kwadru fiss iddedikat lill-Madonna tal-Konsolazzjoni.  Il-kwadru tas-Santissma Trinita’ kellu fih ukoll ix-xbiehat ta’ Santu Rokku u San Frangisk di Paola.  Ghalhekk, gie kkummisjonat l-artist Enrico Arniaud sabiex ipitter dan il-kwadru l-gdid li ghadna naraw sal-gurnata ta’ llum. Dan hejja disinn mill-aqwa fejn fih dahhal ix-xbiehat tal-Madonna, Santa Monika u Santu Wistin fic-centru tal-kwadru, filwaqt li fl-irkejjen tan-naha t’isfel  insibu lil Santu Rokku u San Frangisk di Paola u fuq nett fl-isfond tidher it-Trinita’ Mqaddsa.  Dan kollu jikkonferma illi qabel ma sar il-kwadru l-gdid, kien hemm dak iddedikat lis-Santissima Trinita’ li llum hadd ma jaf x’sar minnu.  Il-kwadru l-gdid tal-Madonna tac-Cintura tlesta fl-1728, propju 280 sena ilu.  

Jidher illi din is-supplika mibghuta mill-prokuraturi tal-fratellanza tac-Cintura gabet maghha reazzjoni negattiva minn naha tal-fratellanza tar-Ruzarju mwaqqfa fl-istess parrocca.  Dan minhabba l-fatt illi l-fratellanza tar-Ruzarju kienet meqjusa aktar anzjana minn dik tac-Cintura u ghalhekk oggezzjonaw bis-shih ghall-ghotja tal-artal taht it-titlu tas-Santissima Trinita’ lill-fratellanza l-gdida.  Il-fratellanza tar-Ruzarju ma rieditx tacetta din il-proposta peress li l-artal tat-Trinita’ Mqaddsa milli jidher kien iddekorat sewwa u ghalhekk tac-Cintura kien se jkollom artal sabih jekk mhux isbah minn dak tar-Ruzarju.  Kienet x’kienet ir-raguni ezatta, nafu illi l-pittura l-gdida ta’ l-artist Arniaud saret kif mixtieq u twahhlet flok dik tat-Trinita’ Mqaddsa ghall-qima tal-fidili.       

Matul is-snin, saru wkoll l-istandard il-prim bir-rakmu tad-deheb, zewg lanterni, surgentina u salib tal-fidda, bankun ghall-istess fided, sett karti gloria, terha bajda, ventartal irrakmat bid-deheb, sett gandlieri indurati bil-fidda u diversi accessorji ohra.  Aktar tard, fl-1911, il-prokuratur tal-fratellanza s-Sur Giuseppe Borg ha hsieb sabiex ikompli jzejjen l-artal tac-Cintura billi talab xi flus mill-kaxxa tad-dhul sabiex jitlesta l-irham kollu tal-artal.  Dan insibuh f’supplika mibghuta nhar id-9 ta’ Dicembru 1911 mill-W.R. Kappillan Dun Anton Vella ghan-nom tal-prokuratur Giuseppe Borg.  Dan l-istess artal jintrama b’sett statwi mill-isbah, aktarx xoghol migjub minn Lecce (l-Italja) filwaqt li l-Artal Maggur tal-knisja  jintrama b’sett Appostli kbar ikkuluriti u ndurati bid-deheb, aktarx xoghol l-istatwarju Wistin Camilleri.

Ghall-bidu fil-purcissjoni ma kinitx tohrog vara, izda fl-1875 insibu li l-fratellanza tac-Cintura (wahda mill eqdem f’Malta) talbet lill-Fratellanza tar-Ruzarju sabiex l-istatwa tal-Madonna tibda tohrog ukoll fil-purcissjoni tac-Cintura.  Dan wara li fl-istess sena, iz-zewg  fratellanzi qasmu l-ispejjez involuti sabiex jinzebagh mill-gdid il-karnaggjon tal-istatwa tal-Madonna mill-pittur maghruf Giuseppe Cali.  Fil-fatt l-istatwa tal-Madonna u l-bambin kienet titnehhilhom il-kuruna u minflok kien jitpogga c-cintorin, simbolu tal-konsolazzjoni.  L-istatwa tal-Madonna tac-Cintura hija wahda mill-isbah illi nsibu fil-gzejjer maltin.  Aktarx li saret bejn l-1692-93, minn skultur mhux maghruf.  Fl-1917 giet indurata u sgraffjata mill-gdid, sarilha stellarju fuq disinn tas-Sur M. DeGiovanni u nxtraw bradella u bankun minghand il-prokuratur tal-Knisja tal-Immakulata Kuncizzjoni ta’ Bormla li kienu jintuzaw ghall-istatwa tal-Kuncizzjoni qabel ma nhademt dik prezenti.  Fis-snin disghin tas-seklu 20, l-istatwa giet imnaddfa mill-Kav. Alfred Camilleri Cauchi.  Il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna baqghet tohrog sal-1987, u minn dakinhar l-hawn il-festa baqghet ssir biss fil-knisja permezz ta` quddiesa kantata bil-priedka fuq il-Madonna.

Meta wiehed iqalleb fl-istorja tal-parorcca, jintebeh illi l-festa tac-Cintura kienet wahda popolari hafna u mistennija minn sena ghall-ohra.  Dan jista’ jkun minhabba l-fatt illi peress li Sant’ Andrija kien jigi f’Novembru, il-festi ta’ barra kienu esposti ghall-elementi naturali.  Ghalhekk il-festi esterni tac-Cintura kienu jkunu aktar imfittxija mill-poplu peress li l-festa kienet tigi ccelebrata fl-eqqel tas-sajf malti.  Il-knisja kienet tkun imzejna b’armar sabih u l-funzjonijiet kollha kienu jsiru bl-akbar solennita’.  Insemmu biss is-sena 1907, meta l-W.R. Kappillan Dun Anton Vella, ghan-nom tal-prokuratur tal-fratellanza tac-Cintura s-Sur Giuseppe Borg, bghat supplika lill-Arcisqof ta’ Malta nhar it-23 t’Awissu sabiex jitkantaw is-sekondi vespri b’muzika tal-maghruf surmast Halluqi Mro Ferdinando Camilleri, iben il-fundatur tal-Filarmonika L’Unione Mro Vincenzo Camilleri.  Kellhom jitkantaw ukoll Salve Regina u Tantum Ergo ta’ l-istess Surmast Camilleri.

Ir-rabta tal-Filarmonika L’Unione ma` din il-festa tmur lura ghall-1885.  Dik is-sena insibu bhala Prokuratur tal-festa tal-Madonna tac-Cintura lis-Sur Andrea Sammut.  Fil-fatt, Andrea Sammut gie elett bhala prokuratur wara li Giuseppe Micallef spicca minn din il-kariga.  Dan ta’ l-ahhar, wara li tilef l-elezzjoni ghall-president tal-Banda L’Unione u waqqaf ic-Circolo Sant’ Andrea fl-1883, stieden lill-Banda Sant’ Andrija ta’ dak iz-zmien sabiex tippartecipa fil-festa tac-Cintura ta’ l-1884.  Dan il-gest xejn ma nizel tajjeb fost il-poplu Halluqi, u mis-sena 1885 ‘l quddiem, il-Banda Popolari L’Unione dejjem ippartecipat wehidha f’din il-festa, ghajr ghal sena wahda biss fl-ewwel snin tas-seklu 20.


Kienet haga naturali li meta s-Sur Andrea Sammut ha l-prokura tac-Cintura fl-1885, huwa stieden lill-Filarmonika L’Unione li taghha huh Nikola Sammut kien President,  sabiex taghti s-sehem taghha f’din il-festa. Insibu li dik is-sena il-Filarmonika L’Unione, diretta mis-surmast Gavino Camilleri zanznet innu ta` gieh lill-Madonna tac-Cintura, kompozizzjoni tal-maghruf surmast Ferdinando Camilleri fuq versi tal-Halluqi Francesco Xuerreb bis-sehem ta` kor tat-tfal.  Nistghu nghidu illi dan l-innu kien l-ewwel wiehed tax-xorta tieghu f’Hal Luqa.


"La festivita` della N.S. della Consolazione in casal Luca che ebbe luogo il 30 dello scorso mese fu in quest` anno oltremodo solenne. Le care melodie del Sig.Maestro Ferdinando Camilleri, gli arredi del tempio e mille altre cose che sarebbe lungo l` enumerare resero` quella festa degnissimo spettacolo e della campagna per prendere parte all su detta festa. All` esterno poi non sapremmo che rum meglio lodare se la belissima illumunazione, se il modo col quale erano ornate la piazza e le strade, se la Banda dello stesso casale delle quali merita speciale menzione quella diretta dagli egregi fratelli Camilleri che esegui con ammirazione di tutti un bellissimo Inno composto per si fatta occasione di Sig. Francesco Azzopardi e vestito di dolcissime e simpatiche note dall` impareggiabile Mro Ferdinando Camilleri il quale merito` e riconosse frenetici applausi da tutta la gente ivi occorsa. Abbia intanto il su lodato Maestro com pure i suoi degnissimi fratelli li nostre congratulazioni e insieme di tutti coloro che presero parte a quel festevole trattimento da loro regalatocci in quella sera."

Malta, 2 Settembre 1885.

Dan l-innu tant sabih ta’ Ferdinando Camilleri kien biss l-ewwel minn sensiela ta’ innijiet li s-surmastrijiet tal-Filarmonika L’Unione kitbu sabiex jigu esegwiti mill-istess Banda fil-festa tal-Madonna tac-Cintura.  Fil-fatt, erba’ snin wara, ezattament fl-1889, is-Surmast Gavino Camilleri kiteb innu iehor lill-Madonna tac-Cintura ghall-banda u kor tat-tfal.  Dan ukoll beda jindaqq ta’ kull sena f’din il-festa.  Fl-1904, hekk kif is-surmast Orlando Crescimanno ha l-kariga ta’ direttur tal-Filarmonika L’Unione, dan ukoll kiteb Inno alla Beata Vergine, xoghol miktub ghall-banda kbira u kor.

Is-sena 1954 giet iddikjarata mill-Papa Piju XII bhala sena Marjana. Dik is-sena il-festi kollha tal-Madonna madwar Malta u Ghawdex gew iccelabbrati b`mod pompuz aktar mis-soltu.  L-istess sar f’Hal Luqa fil-festa tal-Madonna tac-Cintura. Sahansitra nhar il-25 ta Awissu 1954 inghataw prominenza qawwija fil-gurnal Il-Berqa ic-celebrazzjonijiet kbar li kienu se jsiru f’Hal Luqa fit-28 u 29 ta` Awissu ad unur il-Madonna tac-Cintura.  Lejlet il-festa tac-Cintura nhar it-28 ta` Awissu 1954, il-Filarmonika L’Unione ghamlet marc qasir u programm kolossali fuq il-plancier armat fil-pjazza ewlenija tar-rahal. F`dik il-lejla izzanzan innu gdid Lill-Madonna tac-Cintura, kompozizzjoni mill-aqwa tas-surmast tal-banda Joseph Abela Scolaro F.L.C.M. fuq versi tal-maghruf Rev. Dun Frans Camilleri.  Dan l-innu flimkien ma` dak ta` Sant` Andrija, San Gejtanu u tac-Centinarju Pawlin (1960) huma meqjusa bhala fost l-aqwa xoghlijiet tas-surmast Abela

Wiehed jista’ jghid illi din il-festa marjana kienet minn dejjem marbuta mas-Socjeta’ Filarmonika L’Unione u dan jixhdu l-fatt illi fl-arkivji tas-Socjeta’ insibu xejn anqas minn erba’ innijiet kbar iddedikati lill-Madonna tac-Cintura kif semmejna aktar ‘l quddiem.  L-istorja tkompli turi kif is-Socjeta’ taghna dejjem kienet minn ta’ quddiem sabiex tkabbar il-festi ta’ rahalna b’kull mod possibli.  Sfortunatament dejjem kien hawn min ifixkel u japprofitta ruhu u dan wassal sabiex L’Unione iccedi hafna mill-privileggi li minn dejjem kienet tgawdi tul is-snin.   Illum il-gurnata, din il-festa naqset hafna mill-popolarita’ taghha, u ghada ssir biss quddiesa fil-knisja parrokkjali u xi attivita’ socjali organizzata mis-Socjeta’ L’Unione ghall-membri taghha.  B’xorti tajba, l-armar fil-knisja ghal din il-festa xorta wahda ghadu jintrama, grazzi ghall-voluntiera habrieka li jiehdu hsieb il-knisja.  Fuq kollox huwa d-dmir taghna illi nippreservaw dak kollu li hallew ta’ qabilna.      


Neil Zammit

Dettal mill-istatwa tal-Madonna tac-Cintura

L-Isqof Giacomo Cannaves

Manuskritt li juri t-twaqqif tal-fratellanza tac-Cintura   

Il-Kwadru tal-Madonna tac-Cintura

L-Istatwa artistika tal-Madonna tac-Cintura   

L-Artal tal-Madonna tac-Cintura (seklu 19)   

L-artal tal-Madonna tac-Cintura (seklu 21)

L-istatwa tal-Madonna tac-Cintura armata fil-knisja (seklu 20)

L-innu ‘Alla Beata Vergine’ tas-Surmast G. Camilleri

Is-Surmast Ferdinando Camilleri

Il-Banda L’Unione waqt l-esekuzzjoni tal-innu l-kbir tas-Surmast Joseph Abela Scolaro (seklu 20)

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880