Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Ikomplu t-Thejjijiet ghall-Kuncert Sinfoniku Annwali

21 ta’ Novembru – Teatru Metanoia, Hal Luqa



Hekk kif jghaddi l-istagun tal-festi, il-Banda L-Unjoni tibda l-preparamenti taghha ghall-Kuncert Sinfoniku Annwali li jittella’ gewwa t-Teatru Metanoia, Hal Luqa.  Dan il-Kuncert huwa marbut mas-Socjeta’ taghna ghax kienet wahda mill-ewlenin f’pajjizna wara z-zewg baned tal-Belt illi bdiet tipprezenta dan il-Kuncert Sinfoniku, b’muzika varjata u ta’ livell gholi li tolqot il-gosti ta’ kulhadd.


L-appuntament ghal din is-sena se jkun ghal nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru, fejn dakinhar il-Banda L-Unjoni se tipprezenta t-tnejn u tlettin edizzjoni ta’ dan il-Kuncert.  Il-Banda, taht id-direzzjoni tas-Surmast John David Zammit, ser tesegwixxi programm ta’ muzika varjata kemm mill-lat klassiku kif ukoll dak kontemporanju.  Fil-fatt se tigi esegwita muzika ta’ Ludwig van Beethoven, Richard Wagner, Karl Jenkins, Carl Orff, Hans Zimmer, Miklos Rosza, Pharrell Williams, Eric Carmon u Paul Jabara, fost l-ohrajn.


Xi haga unika f’dan il-kuncert ta’ din is-sena ser tkun l-eseguzzjoni tal-Innu ddedikat lil Sant’Andrija Appostlu, kompozizzjoni tal-ex Surmast tal-Banda Orlando Crescimanno fl-1912.  Dan l-innu kien inkiteb apposta biex jindaqq fil-festa ta’ Sant’Andrija, akkumpanjat minn Tenur u kor tat-tfal.  Xoghol muzikali verament sabih u b’melodiji helwin, li kien ilu ma jinstema’ ghal hafna snin u issa qed jerga’ jinghata l-hajja u l-importanza li jixraqlu propju f’dan il-Kuncert Sinfoniku.  


Mal-Banda din is-sena ser jinghaqdu wkoll il-Coro Bel Canto, taht it-tmexxija tas-Surmast Herman Farrugia, it-Tenur Charles Vincenti, il-kantanti Eleanor Cassar, Tiziana Calleja,  Sarah Camilleri u l-Kor Centre Stage taht it-tmexxija ta’ Tiziana Calleja.  


Il-Kuncert jibda fis-7:30pm u d-dhul huwa minghajr hlas.  

Inheggu lil kulhadd sabiex jattendi.

   

 Neil Zammit





2015