Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Success Muzikali iehor ghall-Filarmonika L’Unione



Is-Sibt 21 ta’ Novembru li ghadda jibqa’ mfakkar bhala gurnata ohra ta’ success ghall-Banda L-Unjoni, fejn dakinhar gie pprezentat it-tlieta u tlettin edizzjoni tal-Kuncert Sinfoniku Annwali gewwa t-Teatru Metanoia, quddiem udjenza numeruza.  



Il-Banda, dejjem taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur taghha John David Zammit F.V.C.M. esegwit tlettax-il xoghol muzikali ta’ kompozituri maghrufa fosthom Richard Wagner, Ludvig van Beethoven, Karl Jenkins, Carl Orff, Hans Zimmer, Miklos Rosza, Frank Sinatra u ohrajn.  Il-programm innifsu kien maqsum f’zewg taqsimiet, bl-ewwel parti tiehu x-xehta klassika waqt li fit-tieni nofs, il-generu tal-muzika inbidel ghal wiehed aktar kontemporanju.

Flimkien mal-banda din is-sena rajna wkoll is-sehem ta’ ghadd ta’ kantanti stabbiliti, fosthom is-sopran Rosabelle Bianchi, it-Tenur Charles Vincenti, Tiziana Calleja u Sarah Camilleri, kif ukoll zewg korijiet; il-Coro Bel Canto u l-kor Centre Stage Kids by Tiziana.  Dawn kollha, flimkien mal-banda u l-effetti vizivi u dwal attraenti holqu tassew atmosfera mill-isbah waqt dan il-Kuncert Sinfoniku, li kull ma jmur dejjem qed jikber fil-professjonalita’ tieghu.  



2015

Bla dubju, zewg affarijiet li spikkaw kienu l-eseguzzjoni tal-Inno Sant’Andrea miktub fl-1912 mill-ex Surmast tal-banda Orlando Crescimanno, kif ukoll il-sejba tal-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas ta’ Mro Ferdinando Camilleri, li ghal snin twal kienet meqjusa bhala mitlufa ghal kollox.  Din il-prezentazzjoni saret mit-tifla tas-Surmast Giuseppe Camilleri, li lkoll jiffurmaw id-dinastija Camilleri li fl-1880 waqqfet il-Banda L’Unione.  Minn hawnhekk nergghu nghidulha grazzi ta’ din l-ghotja, u nizgurawha illi din se ssib postha fl-arkivji tas-Socjeta’ kif ukoll ma ddumx ma tindaqq fil-jiem tal-festa gewwa t-Tempju Andrean.  

Fl-ahharnett, il-President u l-Kumitat tal-Filarmonika L’Unione jirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom biex seta’ jittella’ dan il-Kuncert ta’ livell gholi.  Prosit lis-Surmast Direttur, l-Assistant Surmast, il-bandisti tal-post u dawk mistiedna, kif ukoll lis-solisti u l-koristi, li lkoll hadmu id f’id biex kellna eseguzzjoni mill-aqwa.

Bla dubju li dan is-success miksub huwa xiehda tal-impenn ta’ dawk kollha involuti biex isem il-Filarmonika L’Unione jibqa’ dejjem fuq quddiem nett bla mittiefes.  


Neil Zammit

Arkivista