Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Tkompli l-hidma mill-mahzen tal-armar …


Is-Sezzjoni Armar fi hdan il-Filarmonika L-Unjoni bhal issa tinsab ghaddejja b’hidma kontinwa sabiex tlesti x-xoghol mibdi minn wara l-festa li ghaddiet ‘l hawn.  B’hekk sal-festa ta’ din is-sena inkunu nistghu nahsdu l-frott ta’ sena hidma li fl-ahhar mill-ahhar issarraf f’sodisfazzjon kbir ghal min jaghti s-sehem tieghu f’dan il-qasam importanti tal-festa Maltija.  

Matul l-ahhar gimghat saret manutensjoni fuq l-istawti tal-erba’ Evangelisti li jintramaw maz-zuntier tal-

Knisja Parrokkjali.  Dawn kienu inhadmu minn Renzo Gauci fl-2001 u issa kellhom bzonn ta’ ftit manutensjoni.  L-induratura saritilhom mill-gdid waqt li l-istatwi inghataw id-dehra li jixirqilhom. Dan ix-xoghol kollu sar minn Clifford Micallef.


Intant, kompliet ukoll il-hidma fuq il-pedestall tal-Martirju.  Joe Aquilina ha hsieb ilesti xi affarijiet zghar li kien ghad fadal fuq l-istess pedestal, waqt li Henry Camilleri kompla jahdem fuq l-iskultura. Bhal issa qed isiru l-forom u xoghol iehor ta’ dekorazzjoni mill-istess Joe Aquilina, Henry Camilleri u Twanny Ellul.  Sadattant qed jinzebghu il-bicciet kollha tal-pedestall minn Andrew Aquilina u Eman Cachia, waqt li bdiet l-induratura bid-deheb minn Clifford Micallef.


Inheggu lilkom partitarji u ammiraturi tas-Socjeta’ sabiex taghtu l-kontribuzzjoni finanzjarja taghkom biex inkunu nistghu inlahhqu mal-ispejjez.

Grazzi bil-quddiem lil kulhadd.

2016