Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Riesaq l-istagun tal-festi … 2016


Ghadna kif iccelebrajna b’mod xieraq u dinjituz il-festa tal-Ghid il-Kbir tal-Mulej.  Zgur illi din is-sena kienet wahda specjali, ghax minbarra li rnexxa kollox bhas-snin precedenti, kellna fostna wkoll l-abbozz tal-istatwa l-gdida ta’ Kristu Rxoxt, xoghol il-bravi skulturi Michael u Adonai Camilleri Cauchi.  Din il-holma ghandha tibda titwettaq fil-gimghat li gejjin u nittamaw li s-sena d-diehla ikollna x-xorti nassistu ghall-inawgurazzjoni ta’ dan il-kapulavur tal-arti.  Niehu l-okkazjoni biex f’isem il-President u l-Kumitat tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni nifrah u nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor taw is-sehem taghhom biex il-festi tal-Gimgha Mqaddsa kienu tassew organizzati kif jixraq, kemm gewwa l-Knisja kif ukoll fuq barra.  Jalla dan is-sens ta’ volontarjat u impenn leali lejn il-parrocca in generali jibqa’ jissahhah u jsib gheruq godda fil-generazzjoni zghazugha.


Ma nistax ma nsemmix ukoll is-sehem tas-Socjeta’ taghna f’dawn il-jiem hekk sbieh tas-sena, fejn ghal darb’ohra kellna s-sehem tal-Banda L-Unjoni bi program ta’ Marci Funebri nhar Hadd il-Palm filghodu, kif ukoll il-wirja ta’ vari u arti sagra marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna Gesu’ Kristu.  Nghid grazzi lil dawk il-membri habrieka li bis-sahha taghhom sar dan kollu, kif ukoll lill-Kummisjoni Banda u lis-Sur Joe Chetcuti li ha hsieb il-prezentazzjoni tal-imsemmi programm.

Intant, issa jkomplu t-thejjijiet biex flimkien niccelebraw kif jixraq il-festa tal-patrun Sant’Andrija, li dis-sena se tahbat nhar il-Hadd 3 ta’ Lulju.  Il-Kumitat Centrali flimkien mas-sezzjonijiet fi hdanu diga’ bdew jippreparaw b’mod shih sabiex bhas-snin li ghaddew, ikollna festa kbira u kompluta minn kollox.  Il-Kummisjoni Banda flimkien mas-Surmast u l-bandisti bdew il-kuncerti ghall-programm strumentali fuq il-plancier nhar it-Tieni jum tat- Tridu, waqt li l-ktieb annwali tal-festa beda jiehu l-forma wkoll.  Is-Sezzjoni Armar ghaddejja bix-xoghol fuq il-pedestall tal-Martirju, waqt li s-Sezzjoni Zghazagh qed tipprepara bis-shih biex ikollna spettakli sbieh fil-pjazza waqt il-marci ta’ din is-sena.  Hidma ohra b’risq il-festa qed issir mill-Kummisjoni Radju u s-Sezzjoni Nisa.  Fl-ahharnett, is-Sezzjoni tan-Nar ukoll qed tahdem qatih sabiex fl-ahhar ikollna post tan-nar adekwat u skond kif titlob il-ligi prezenti.  Sar hafna xoghol tajjeb f’dawn l-ahhar gimghat u jalla tkompli din il-hidma biex fis-snin li gejjin nergghu ingawdu mill-ispettakli piroteknici li jikkaratterizzaw il-festa ta’ Hal Luqa.


Din il-hidma kollettiva ghandha ssarraf f’gimgha ohra sabiha mimlija ilwien, arti, muzika u spettakli mill-aqwa li jilhqu l-qofol taghhom hekk kif l-istatwa artistika ta’ Sant’Andrija Appostlu tifrex fuq l-ghatba tat-tempju iddedikat lilu, fost id-daqq tal-qniepen u l-innijiet fil-pjazza ewlenija tar-rahal.  


Minn issa nheggu l-particepazzjoni u l-koperazzjoni shiha tal-membri fi hdan is-Socjeta’ taghna biex ikollna festa ohra mill-aqwa ad unur il-Kbir Appostlu Sant’Andrija.  Nappellaw ukoll biex kulhadd jippartecipa fil-funzjonijiet liturgici li jsiru gewwa l-Knisja Parrokkjali ghax wara kollox, il-festa taghna hija wahda religjuza u qaddisa.  


Neil Zammit