Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Programm tal-Festi Solenni f’ġieħ
Sant’Andrija Appostlu
Patrun u Protettur Ewlieni ta’ Ħal Luqa
Il-Hadd 26 ta’ Gunju
Jum iz-Zghazagh
10:30am – Quddiesa specjali ghaz-Zghazagh fil-Knisja Parrokkjali. Mistiedna z-zghazagh kollha b’ mod specjali iz-zghazagh tal-ghaqdiet religjuzi u l-ghaqdiet socjali. Iqaddes Patri Josef Pace Ofm.Conv.
12:00pm – Tindaqq mota bi thabbira tal-festa.
It-Tnejn 27 ta’ Gunju – Hrug minn Nicca
Jum l-Ghaqdiet Religjuzi u Socjali
6:40pm - Ningabru hdejn l-Istatwa ta’ Sant’Andrija ta’ Wied il-Knejjes sabiex naghtu gieh lil missirijietna. F’isem l-Ghaqdiet u s-Socjetajiet kollha tal-Parrocca, is-Sindku flimkien mal-Kappillan ipoggu kuruna tar-rand f’riglejn l-istatwa. Wara jibda’ korteo li jghaddi minn Triq il-Karmnu sal-Knisja Parrokkjali.
7:00pm – Quddiesa Kantata mill-Wisq Rev. Kappillan Dun Gordon Refalo fil-Knisja Parorkkjali. Fi tmiem il-quddiesa, titkanta l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas filwaqt li jsir il-hrug tal-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija minn nicca.
8:00pm – Il-Banda tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni flimkien mal-komunita’ parrokkjali isellmu lil Sant’Andrija bl-Innu Popolari.
It-Tlieta 28 ta’ Gunju
Jum it-Tfal
6:30pm - Quddiesa ghat-tfal kollha tal-parrocca gewwa l-Knisja Parrokkjali, immexxija minn Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza. Wara tohrog purcissjoni bl-istatwa z-zghira ta’ Sant’Andrija li tghaddi minn Misrah Sant’Andrija, Misrah il-Knisja, Misrah Sant’Andrija u lura fil-Knisja. Wara t-tfal kollha mistiedna sabiex imorru l-qasam tal-MUSEUM fejn ikun hemm loghob u attivitajiet ohra.
L-Erbgha 29 ta’ Gunju – L-Ewwel Jum tat-Tridu
Jum l-Emigranti
6:30pm - Quddiesa Kantata Solenni tal-Ewwel Tridu mmexxija mill-Wisq Rev. Dun Norman Zammit, Kappillan tal-Parrocca tal-Imsida. Jaghmel l-omelija tat-Tridu il-Wisq Rev. Kanonku Dun Reuben Micallef, Arcipriet tal-Kolleggjata ta’ Bormla. Wara l-quddiesa tinghad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu tal-Appostli u l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali.
Mistiedna specjali l-emigranti li jkunu fostna ghall-jiem tal-Festa.
Il-Hamis 30 ta’ Gunju – It-Tieni Jum tat-Tridu
Jum il-Morda u l-Familja
9:30am - Celebrazzjoni ghall-morda li jinsabu d-dar u l-anzjani tal-Parrocca residenti f’San Vincenz de Paule. Iqaddes Dun Noel Camilleri, Kappillan tar-Residenza San Vincenz de Paule.
6:30pm - Quddiesa Kantata Solenni tat-Tieni Tridu mmexxija mill-Wisq Rev. Dun Albert Buhagiar, Arcipriet tal-Parrocca tal-Mosta. Jaghmel l-omelija tat-Tridu il-Wisq Rev. Kanonku Dun Reuben Micallef, Arcipriet tal-Kolleggjata ta’ Bormla. Wara l-quddiesa tinghad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu tal-Appostli u l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali.
Mistiedna specjali l-familji u l-Koppji mizzewgin specjament dawk li qieghed jiccelebraw l-ghaxra, hamsa u ghoxrin, hamsin sena zwieg u dawk li zzewgu matul din is-sena.
8:00pm - Prezentazzjoni lil Sant’Andrija tat-trabi li twiedu matul din is-sena, fejn nitolbu wkoll il-Barka fuq il-genituri taghhom biex jghinhom fit-trobbija ta’ wliedhom.
Il-Gimgha 1 ta’ Lulju – It-Tielet Jum tat-Tridu
Jum il-Vokazzjonijiet
5:00pm - Qrar.
6:30pm - Quddiesa Kantata Solenni tat-Tielet Tridu mmexxija mill-Wisq Rev. Dun Roderick Camilleri, Kappillan tal-Parrocca ta’ Wied il-Ghajn. Issir ukoll il-vestizzjoni tal-Abbatini l-godda. Jaghmel l-omelija tat-Tridu il-Wisq Rev. Kanonku Dun Reuben Micallef, Arcipriet tal-Kolleggjata ta’ Bormla. Wara l-quddiesa tinghad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu tal-Appostli u l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali.
Mistiedna specjali huma r-Religjuzi u dawk kollha li ghandhom sacerdoti, patrijiet jew sorijietli jigu minnhom.
Is-Sibt 2 ta’ Lulju – Lejlet il-Festa
8:00am - Quddiesa ta’ Ringrazzjament. Iqaddes il-Wisq Rev. Dun Gordon Refalo, Kappillan. Wara jitkanta l-Innu ta’ Ringrazzjament, it-Te Deum.
8:30am - Qrar sal-10:30am.
5:00pm – Qrar.
6:00pm - Transulazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ Sant’Andrija Appostlu mill-Knisja tal-Madonna tal-Ftajjar ghall-Knisja Parrokkjali fejn isir il-Kant tal-Innu tal-Appostli u tal-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas. Wara jsir il-kant tal-Primi Vespri Solenni ta’ lejlet il-festa u Celebrazzjoni Ewkaristika. Imexxi l-Wisq Rev. Kan. Dun Robin Camilleri, Arcipriet tal-Bazilika ta’ Marija Bambina tal-Belt Senglea, bis-sehem tal-Kapitlu tal-imsemmija Sagrosanta Bazilika u l-Insinji Bazilikali.
7:15pm - Quddiesa Solenni bl-omelija ta’ lejlet il-festa. Iqaddes il-Wisq Rev. Kan. Dun Robin Camilleri, Arcipriet tal-Bazilika Sengleana.
Il-Hadd 3 ta’ Lulju – Jum il-Festa
6:00am u fis-7:00am – Quddiesa.
8:30am - Koncelebrazzjoni Solenni tal-Festa mmexxija mill-Wisq Rev. Dun Raymond Cassar, Vici Arcipriet tal-Parorcca taz--Zurrieq. Jinseg il-Panigierku Patri Philip Cutajar Ofm.Cap.
11:00am - Quddiesa Kantata bl-omelija.
5:30pm – Quddiesa Kantata bl-omelija.
7:15pm - Titkanta l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tibda hierga l-Purcissjoni Solenni bl-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija Appostlu, Patrun ta’ Hal Luqa, immexxija mill-Wisq Rev. Dun Raymond Cassar, Vici Arcipriet tal-Parrocca taz-Zurrieq.
10:30pm - Ningrabru fuq iz-zuntier biex nilqghu l-istatwa ta’ Sant’Andrija Appostlu lura fil-Knisja Parrokkjali. Mad-dhul taghha, titkanta l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali.