Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Wara l-istagun tal-festi … aktar impenji ghall-Filarmonika L’Unione
Kull bidu fih it-tmiem! U hekk nistghu nghidu wkoll ghall-istagun sabih tal-festi li ghal sena ohra rega’ offra vettrina mill-isbah ta’ tradizzjonijiet religjuzi u kulturali li pajjizna sar tassew rinomat ghalihom.
Sehem il-Banda fil-festi
Il-festa titular f’gieh Sant’Andrija Appostlu ta’ din is-sena regghet kienet success minn kull lat. Minkejja li ma nharaqx nar minhabba c-cirkostanzi li nqalghu, xorta wahda kellna festa sabiha u kbira kif isir ta’ kull sena bis-sehem shih tas-Socjeta’ L’Unione u l-frieghi kollha fi hdanha. Sehem il-Banda kien ukoll ta’ success, kemm waqt il-programm muzikali fuq il-plancier artistiku fil-pjazza ewlenija tar-rahal, kif ukoll waqt il-marci li gew organizzati din is-sena. Mijiet ta’ nies honqu l-pjazza u t-triq principali, fejn assistew mill-qrib ghall-ispettakli li ggib maghhom din l-okkazjoni ta’ ferh u briju. Bla ebda dubju, l-attrazzjoni principali ta’ kull sena jibqa’ dejjem it-tlugh trijonfali tal-Anglu, simbolu tal-Martirju u l-Glorja ta’ Sant’Andrija. Dan jigbed lejh folol ta’ nies huwa sinonimu mas-Socjeta’ taghna u l-festa taghna.
Hekk kif ghaddiet il-festa, sehem il-Banda L’Unione ma waqafx hawn. Il-Banda taghna kieent impenjata bi tlett servizzi muzikali ohra; f’Hal Kirkop ghall-festa titular ta’ San Leonardu, fiz-Zurrieq ghall-festa titular ta’ Santa Katarina V.M., u gewwa l-Belt Senglea ghall-festa tal-Vitorja. F’dawn l-okkazjonijiet kollha, il-banda tat prestizzjoni mill-aqwa u giet imfahhra tassew minn kulhadd.
Il-hidma tkompli
Nistghu nghidu illi fil-gimghat li gejjin, il-Filarmonika L’Unione ser tkun impenjata bis-shih b’ghadd ta’ progetti muzikali li zgur illi ser jaghmlu gieh lis-Socjeta’. Fil-fatt diga’ bdew il-preparamenti sabiex tigi rrekordjata Compact Disk b’sett ta’ marci funebri. Is-Socjeta’ taghna hija rinomata tassew ghall-kollezzjoni sabiha ta’ marci funebri li ghandha fl-arkivji taghha u ghalhekk tassew ikun xieraq illi minn zmien ghal zmien tohrog Compact Disk ta’ dan il-generu. Din ser tinkludi fiha kemm marci miktuba ricentament kif ukoll marci antiki li jmorru lura sahansitra ghall-ahhar tas-seklu dsatax.
Barra minn hekk, il-Banda L’Unione ser tkun qed tipprezenta kuncert ghall-familja kollha f’Dicembru li gej, bis-sehem tal-aljievi tas-Socjeta’ taghna. Dan ser jinkludi fih muzika leggera kif ukoll b’tema natalizja. Ma jonqsux ukoll xi servizzi muzikali ohra li jinqalghu minn zmien ghal zmien, fosthom sehem il-Banda fl-attivita’ organizzata mill-Kunsill Lokali lejn l-ahhar ta’ Settembru.
Izda bla dubju ta’ xejn, l-akbar impenn muzikali li s-Socjeta’ L’Unione dahlet ghalih b’determinazzjoni kbira ser ikun Akkademja bis-sehem tal-Banda, Kor u solisti gewwa t-Tempju Andrean ghal zmien il-Gimgha Mqddsa, nhar is-Sibt 1 t’April 2017. Dan grazzi ghall-koperazzjoni shiha li sibna minn naha tal-Kappillan Dun Gordon Refalo u l-Awtoritajiet Ekklesjastici. Kienet ilha x-xewqa taghna illi bhal ma diga’ ghamilna fl-2004, il-Banda terga’ tidhol fil-Knisja PArrokkjali, din id-darba fi zmien il-Gimgha Mqaddsa sabiex tipprezenta kuncert ta’ muzika sagra tal-okkazjoni. Ghal din l-akakdemja, intghazlu numru sabih ta’ xoghlijiet mill-aqwa, b’uhud minnhom gew mitkuba apposta ghal din l-okkazjoni waqt li ohrajn ser jigu esegwiti minn banda ghall-ewwel darba f’pajjizna.
Bhal issa qed isir hafna xoghol minn wara l-kwinti sabiex jintlahaq is-success mehtieg u b’hekk il-Banda L’Unione terga’ tohrog bl-unuri kollha kif tassew jixirqilha. Dwar dan kollu jinghataw aktar dettalji ‘l quddiem. F’dan il-mument, inheggu lilkom partitarji u ammiraturi tal-Banda sabiex tassistu ghal dawn l-avvenimenti unici, ghaliex perswaz li ser ikunu ta’ l-ghola livell u ta’ unur ghas-Socjta’ taghna u ghal rahalna.
Neil Zammit