Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Aktar minn ghoxrin tifel u tifla jesponu t-talenti muzikali taghhom …


Il-Kuncert annwali li s-soltu ttella’ l-Filarmonika L’Unione din is-sena ha bixra kemmxejn differenti minn tas-soltu.  Dan ghall-fatt illi flimkien mal-banda hadu sehem aktar minn ghoxrin tifel u tifla li fil-prezent qed jitghallmu l-muzika fi hdan is-Socjeta’ taghna.

 

Lilhinn mill-formalita’ li ahna mdorrijin biha, nhar is-Sibt 3 ta’ Dicembru li ghadda il-Filarmonika L’Unione pprezentat kuncert b’muzika leggera gewwa s-sala tal-Iskola Primarja ta’ Hal Luqa, immirat ghall-genituri, familjari u hbieb tat-tfal li bhal issa qed jitghallmu l-muzika taht is-supervizjoni ta’ Mro John David Zammit, l-Assistant Norbert Camilleri u l-ghalliem Victor Borg.  Matul il-programm, it-tfal kellhom ic-cans jesponu t-talenti muzikali taghhom, tant li daqqew erba’ siltiet wehedhom u aktar tard inghaqdu mal-Banda L’Unione biex daqqew zewg siltiet ohra impenjattivi.  Il-banda kienet taht it-tmexxija tal-Assistant Surmast Norbert Camilleri, waqt li l-programm kien ipprezentat miz-zghazagh Phylisienne Portelli u Raoul Briffa.  Hadet sehem ukoll il-band No Clue immexija minn Joe Piscopo, li esegwiet xi siltiet popolari, waqt li mal-banda hadu sehem ukoll il-kantanta Eila Mangion, kif ukoll Joe Bezzina bhala solista fuq il-baxx.  


Din l-okkazjoni serviette ta’ pjattaforma biex l-istudenti taghna ikomplu jtejbu l-abbiltajiet taghhom sabiex fil-futur qarib jinghaqdu huma wkoll mal-Banda L’Unione biex din tkompli tikber, tissahhah u tikseb is-successi.  


L-ghada l-Hadd, l-istess tfal regghu kienu impenjati, din id-darba gewwa Santa Venera fejn gie organizzat il-Villagg tal-Milied mill-Agenzija Zghazagh.  Hawnhekk it-tfal daqqew muzika adattata ghal zmien il-milied biex ikomplu mal-atmosfera li kien hemm.  Ghal darb’ohra regghu marru tajjeb hafna u minn hawnhekk nghidulhom prosit tassew!


Neil Zammit