Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Kumitat ġdid tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri
2017-2018
Hekk kif għaddiet il-festa u l-kumitat taz- zgħazagħ preċedenti xolja , l-kumitat ċentrali ħareg nonimi ġodda għal dawk imħajra li jidħlu fis-Sezzjoni Żgħażagħ għas-sena 2017/2018. Grupp ta’ 18-il persuna tefgħaw innomina tagħhom b’etajiet differenti fejn imbgħad il-kumitat ċentrali sejjaħ laqgħa fejn ġie ffurmat mill-ġdid kumitat ieħor li għal darb’ohra għandhu demm ġdid fih. Ġew maħtura mill-Kumitat ċentrali l-uffiċjali ta’ din is-Sezzjoni fi ħdan is-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni skond din l-ordni :
President – Andre Farrugia
Segretarju – Joelant Aquilina
Kaxxier – Malcolm Muscat
Vici-President – Raoul Briffa
Vici-Segretarju – Darren Vella
Vici-Kaxxiera – Maria Schembri
PRO – Andre Bartolo
Membri oħrajn - Natal Gatt, Cleaven Camilleri, Jake Cutajar, Frederick Aquilina, Andrew Galea, Michela Spiteri, Jamie Sultana, Tristel Muscat, Andre' Spiteri, Andre' Mercieca, Nicolette Aquilina, Andreas Ciappara, Jack Degabriele, Ezekjel Farrugia u Matteo Mifsud.
Nhar il-Ħamis 17 t’Awwissu inżammet l-ewwel laqgħa ta’ dan il-kumitat ġdid fejn diġa’ qiegħed jaħdem biex ikompli jibni fuq dak li hallew ta’ qabilna għal istess skop li din is-sezzjoni kienet twaqfet lura għas-sena 1997.
L-ewwel żewġ attivitajiet li din is-sezzjoni se tkun qiegħda ttella’ huma Tombla fi triq Sant’Andrija nhar l-Erbgha 13 ta’ Settembru imbgħad is-Sibt 16 ta’ Settembru ser issir Fifa 17 Playstation Tournament , aktar dettalji joħorgu dalwaqt.
Apparti hekk se tiġi varata paġna ġdida fuq ‘Facebook‘ ta’ din l-istess sezzjoni li ġġib l-isem Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri A.D 1997, biex b’hekk din is-sezzjoni tkun tista’ twassal l-informazzjoni u l-attivitajiet li jiġu organizzati iktar aħjar.
Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha tas-sapport li diġa’ qegħdin jgħatuna, nistieden lil kull min għandu xi ideat varjati li permezz tagħom inkomplu nkabru l-kultura u jsiru attivitajiet ġodda fir-raħal tagħna jgħaddihomna ħalli flimkien nkomplu nkabru l-festa tal-maħbub padrun tagħna Sant' Andrija.
Viva Sant’ Andrija.
Viva l-Banda l-Unjoni
Andre’ Farrugia