Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Mill-mahzen tal-armar…


Wara li ghaddiet il-festa u l-armar gie ppustjat kollu f’postu ghas-sena d-diehla, il-Kummisjoni Armar fi hdan is-Socjeta’ L-Unjoni regghet bdiet bil-hidma taghha biex tkompli fejn halliet.  Fil-fatt inzammu numru ta’ laqghat fejn giet diskussa l-hidma li hemm bzonn issir ghas-snin 2013/2014.  


Minnufih inbeda programm ta’ xoghol ta’ manutenzjoni li kien hemm bzonn li jsir.  Fil-fatt inbeda xoghol ta’ restawr fuq il-pedestalli tal-erba’ Evangelisti li jintramaw maz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali, liema xoghol qed isir min Clifford Micallef.  Barra minn hekk, tkompla x-xoghol fuq is-sopraporti tal-bandalori fejn dawn gew mizbugha u issa jinsabu fl-ahhar fazi qabel jigu ndurati.  Sar ukoll xoghol fuq disa’ labardi li jintramaw mal-antarjoli ta’ Triq S.Andrija biex dawn jigu ndurati minn John Camilleri halli jinghalaq is-sett ta’ sbatax-il labarda ghall-antarjoli kollha.


Intant, tkompla x-xoghol fuq il-pedestall il-gdid tal-Martirju ta’ S.Andrija.  Ix-xoghol fil-karpenterija mahdum b’tant maestrija minn Joe Aquilina miexi b’rittmu kostanti waqt li fil-jiem li gejjin se tinbeda l-iskultura minn Henry Camilleri.  Nittamaw li kollox jibqa’ miexi b’rittmu tajjeb sabiex il-progett jitlesta kif ippjanat sal-festa li gejja.  Saru wkoll l-ewwel mostri tal-irhamar minn Andrew Vella waqt li fil-gimghat li gejjin mistenni jibda’ x-xoghol fuq l-istatwa innifisha minn idejn l-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi.


Ghaldaqstant, inheggu lill-membri kollha sabiex jghinu finanzjarjament biex naraw dan il-progett il-kbir jitlesta fil-hin kif mixtieq.  Kull ghajnuna hija apprezzata u ta’ dan nirringrazzjawkom bil-quddiem.


Neil Zammit