Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Michael Zammit bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ Sant’Andrija Appostlu, Ħal Luqa.
Dun Michael Zammit twieled fl-10 ta’ Settembru 1986. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola ta’ St Francis, l-Imsida, l-edukazzjoni sekondarja fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Junior College, l-Imsida. Dun Michael kompla bl-edukazzjoni terzjarja fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta. Huwa ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2012.
Dun Michael serva bħala Viċi Kappillan fil-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat. Kien ukoll religious counsellor fil-Kulleġġ San Nikola, ir-Rabat, u fil-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq, Ħal Qormi.
Il-Parroċċa ta’ Ħal Luqa tiġbor fiha madwar 5,600 persuna f’1,600 familja.