Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Nhar  it-13 ta’ Dicembru 2017 l-ex-Surmast Direttur tagħna, l-Professur Charles E. Zammit, ngħata Ġieh ir-Repubblika għall-ħidma tiegħu fil-qasam mużikali. Dan l-unur tant mistħoqq ingħata lil Profs. Zammit fuq nominazzjoni tas-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni, li ħasset li l-Istat għandu jippremja lil din il-persuna li tant stinkat sabiex twassal l-imħabba tiegħu lejn il-mużika.

Charles Zammit ħa l-ewwel edukazzjoni mużikali tiegħu fi ħdan l-Għaqda Mużikali San Gejtanu tal-Ħamrun.  Huwa studja l-euphonium, il-pianoforte, it-teorija tal-mużika, l-armonija, il-kontrapunt u suġġetti relatati.Fl-età ta’ sittax il-sena, huwa ppreżenta l-ewwel kunċert tiegħu fuq il-pjanu permezz tar-Rediffusion Malta Ltd.

Huwa rċieva l-edukazzjoni ġenerali tiegħu fi skejjel tal-Gvern u t-taħriġ mużikali mingħand uħud mill-aħjar għalliema tas-snin ħamsin, fosthom Joseph Abela Scolaro, Joseph Casapinta, Carmelo Pace u s-Sinjura Bice Vassallo Mizzi.  Wara dan għamel l-aktar studji avvanzati tiegħu f’istituzzjonijiet internazzjonali fl-Ingilterra u l-Amerika.  Fost l-għalliema barranin li maghhom Charles Zammit għamel korsijiet part time, insibu lil Dr. Jeffrey Sayers, Dr. John Burroughs u Dr. W.S. Lloyd Webber fl-Ingilterra, il-Professuri Hubert W. Haberland u Simon Wade fl-Amerika.  In-numru ta’ kwalifiki li għandu jinkludu dottorat fil-mużika mill-Università Pacific Western ta’ Los Angelis, dottorat fil-mużika mill-Università (non traditional) ta’ Sommerset, għaxar fellowships flimkien ma’ numru ieħor ta’ degrees u diplomi minn istituzzjonijiet varji.

Il-Prof. Charles Zammit huwa wkoll l-awtur ta’ numru kbir ta’ artikli dwar l-edukazzjoni mużikali ppublikati f’diversi ġurnali lokali u barranin.  Il-ktieb tieghu ‘Sound Methods In Piano Pedagogy’ kien ippublikat f’Michigan fl-1989 u aktar tard kien ippublikat ukoll bil-braille mill-Library of Congress f’Washington u r-Royal National Institute for Blind ġewwa Londra.  Għandu wkoll artikli mportanti ħafna dwar suġġetti fil-mużika għall-pjanu ppublikati għall-użu internazzjonali fl-Encyclopedia ofKeyboard Instruments (tliet volumi) maħruġa mid-ditta magħrufa Garland Inc. ta’ New York, fl-1994 sett ta’ disa kotba li ttrattaw it-tagħlim tat-teorija tal-mużika, armonija, kuntrapunt u suġġetti oħra.  L-istudji u r-riċerka li għamel f’dawn l-aħħar snin fil-qasam tat-terapija mużikali u mużika fil-mediċina wassluh sabiex ippublika l-ktieb ‘Music For Better Health And Better Living’ ippublikat fl-2006.Ix-xogħol ta’ riċerka u l-kontribuzzjoni siewja li huwa pproduċa fil-qasam ta’ l-edukkazjoni mużikali fuq livell internazzjonali wasluh biex kiseb numru ta’ premji u unuri li jinkludi tliet midalji tad-deheb u waħda tal-fidda.  


Charles Zammit huwa wkoll kompożitur ta’ numru kbir ta’ xogħlijiet mużikali profani u sagri, inklużi
overtures, suites, preludji, valzi, kif ukoll marċi popolari u funebri għall-banda jew orkestra, xogħlijiet għall-pjanu u korali.  Ta’ min isemmi wkoll li l-Prof. Charles Zammit kien il-fundatur tal-Chorus Excelsior ta’ Ħal Luqa (1965), il-Banda San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa, il-Banda Santa Venera ta’ Santa Venera u l-Kulleġġ tal-Mużika fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Bejn l-1979 u l-2010 serva bhala direttur muzikali tal-Filarmonika L’Unione.  

Awguri Profs. Zammit! Erġajt għamiltna kburin li għal diversi snin mexxejt lil Banda tagħna!