Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
WIRJA SPETTAKOLARI TA’ DAWL SINKRONIZZAT MAL-MUŻIKA ...
Din is-sena ħabat l-10 sena Anniversarju minn meta ġie varat il-proġett tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjeta` Filarmonika l-Unjoni. ‘The Facade in Yuletide’ huwa l-proġett li jlibes il-faċċata ta’ l-istess sede ta’ din is-soċjeta ġewwa r-raħal ta’ Ħal Luqa għal żmien il-Milied.
Kien propju fl-2007 meta żewġ żgħażagħ lkoll membri fl-istess sezzjoni resqu bl-ewwel ideat, u dlonk bdiet il-ħidma għal dan l-ispettaklu li dis-sena qiegħed jiġi ċċelebrat l-10 snin Anniversarju tiegħu. Ġie ffurmat tim li jinvolvi fih diversi esperti minn mużiċisti, electricians, IT developers w oħrajn bil-għan li jgħaqdu dak kollu li jista joħloq spettaklu ta’ dawl sinkronizatt mal-mużika.
Għal dan l-Anniversarju il-preparamenti bdew lura għal Settembru fejn kienu xhur impenjattivi għal membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ u kif ukoll membri oħra fi ħdan din is-Soċjeta. Kienet ħidma li tikkonsisti minn diversi laqgħat, riċerka biex minn sempliċiment idea ta’ proġett li nibet lura 10 snin ilu , din is-sena din l-istess sezzjoni tgħati lil pubbliku li jiġi jżur din il-wirja ta’ spettaklu ta’ dawl sinkronizatt mal-mużika b’effetti ġodda fl-okkażżjoni ta’ dan l-Anniversarju . Wirja li sabiex terġa titgħella ntużaw xejn inqas minn 13,000 –il bozza tal-Milied, 150 metru ta’ dawl LED u iktar minn 5Km ta’ wires.
Wara l-ftuħ uffiċjali ta’dan l-ispettaklu lura għas-Sibt 9 ta’ Diċembru,2017 saret attivita ġewwa l-każin tal-Banda Unjoni fejn kienet mistiedna il-Blues Band Maltija ‘Vinyl Paradise’fejn dawk kollha li attendew ħadu pjaċir f’atmosfera familjari.
Dan il-filmat li se taraw huwa l-frott ta’ ħidma li għal dawn l-aħħar tlett xhur is-Sezzjoni Żgħażagħ flimkien ma membri oħra tas-Soċjeta Filarmonika l-Unjoni ħadmu fuq dan il-proġett ta’ Spettaklu ta’ dawl sinkorizzat mal-mużika bl-isem ‘The Facade in Yuletide’. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil kull min ta’ l-għajnuna fuq dan il-proġett speċjalment lil Andre’ Magri , Leli Magri, Andrew Zammit, Lawrence Cassar, Omar Xerri ,Anthea Spiteri , Patrick Camilleri li flimkien mal-kumplament tas-Sezzjoni Żgħażagħ ħadmu id f’id biex din il-ħolma saret realta’. Nixtieq nirringrazzja lil Dar Services u Computer Bargains għal għajnuna tagħhom bhala Main Sponsors ta’ din l-attivita. Grazzi tmur lil Kevin Kiomall għal ġbid professjonali ta’dan il- filmat.Dan l-ispettaklu jibqa’ għaddej sa Jum l-Epifanija kuljum bejn il-5.30 sad- 9.30pm.
F’isem is-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri nawguraw Milied Hieni u ta’ Paci lil kulħadd.
Awguri u l-festi t-tajba lil kulħadd.
Andre’ Farrugia