Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Dolentem Cum Filio

 

Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri A.D. 1997

Re: Wirja t’ Arti Sagra għal Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa 2018


Is-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri A.D.1997 fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni ta’ Hal Luqa, ser torganizza wirja t’ arti Sagra għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem Dolentem Cum Filio bejn  il-Hadd 25 ta’ Marzu  u l-Ġimgħa 30 ta’ Marzu jum il-Ġimgħa l-Kbira fis-sede tal-istess Soċjeta’, f’Palazz Sant’Andrija.


Din il-wirja se tkun mqassma f’żewġ partijiet; l-ewwel parti tikkonsisti f’sett ta’ vari artistici mahduma mill-maghruf Karlu Darmanin, u li huma propjeta’ tas-Soċjeta Filarmonika L’Unione, kif ukoll ser ikun hemm esebit sett ta’ vari mahduma fit-tafal minn John Massa. Fit-tieni parti tal-wirja fis-Sala Mro. Joseph Abela Scolaro ser ikun hemm esebiti numru ta’ xogħolijiet artistiċi, fosthom pitturi u statwi ta’ artisti magħrufa fix-xena lokali fosthom Paolo Camilleri Cauchi, Carlo Darmanin, Girolamo Dingli, Chris Ebejer u xogholijiet ta’ Lecce.


Il-wirja se tkun miftuħa bejn id-9:30am u 12:00 u bejn l-05:00pm u 08:00pm, filwaqt li f’Ħamis ix-Xirka tkun miftuħa  filgħodu wkoll bejn d-9:00am u 12:00pm u filgħaxija bejn s-06:00pm u 12:00am.

Għal iktar dettalji tistgħu żżuru il-paġna tal-Facebook ta’ l-istess sezzjoni :-

Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri A.D. 1997


Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min se jieħu sehem , nisperaw li tgħatu l-appoġġ tagħkom billi żżuru din il-wirja .

Grazzi lil kulħadd.