Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Ta’ bilhaqq, kien kuncert memorabbli li ghal darb’ohra wera l-hila u l-versatilita’ ta’ din il-Banda kbira taghna, Banda li dejjem gharrfet l-importanza shiha fit-tkattir muzikali gewwa pajjizna. Dan jawgura gejjieni sabih kemm ghall-Banda kif ukoll ghas-Socjeta’ L-Unjoni.
N. Zammit
Ghal darb’ohra il-Banda L-Unjoni zammet l-appuntament annwali taghha biex fil-festa titulari ta’ din is-sena tipprezenta kuncert mill-aqwa li jolqot il-gosti ta’ kulhadd. Fil-fatt hekk kien ta’ bilhaqq ghax l-ghazla muzikali ta’ din is-sena kienet wahda varjata ferm, waqt li l-muzika kollha giet esegwita b’tant hila u ezattezza mill-muzicisti kollha taht it-tmexxija tas-surmast John D. Zammit. Jixhdu dan huma l-folla kbira prezenta ghal dan il-kuncert fi Pjazza Sant’Andrija, f’atmofera ta’ festa sabiha u kompluta b’kollox. Dan li gej kien il-programm esegwit mill-Banda L-Unjoni
IL-PROGRAMM MUZIKALI MILL-BANDA L-UNJONI
Fl-okkazjoni tal-Festa Titulari ta’ Sant’Andrija Appostlu
Fuq il-Plancier Artistiku fi Pjazza Sant’Andrija, Hal Luqa nhar il-Hamis 4 ta’ Lulju, 2013
Innu Marc lil Sant’Andrija Appostlu Gaetano Grech
Au jardin d’une pagode Chinoise A.W. Ketelbey
1913 – Fanfare & Theme Neil Zammit
Hooked on Classics Arr. by J.H. Burden
The Power of Love W.Detman / G. Mende / J. Rush / M. Applegate
In the Fast Lane R. Ramskill Arr. by Norbert Camilleri
Minnie the Moocher C. Calloway / I. Mills / C. Gaskill
Lightning Fire M. Saurer
Tragedy A. Bard / A. Hansson / F. Kempe Arr. by John D
Rock Your Blues Away G. Noris
Evergreen – Boney M Arr. by John D. Zammit
Innu lill-Banda L-Unjoni Joseph Abela Scolaro
Ta’ min jirrimarka illi l-kanzunetta Tragedy giet interpretata mill-kantanta zghazugha Federica Falzon, li paxxiet lil dawk kollha prezenti bil-vuci impekkabbli taghha minkejja l-eta’ zghira ta’ disa snin. Is-sehem ta’ din il-kantanta isegwi d-debutt taghha mal-imsemmija Banda nhar il-Gimgha l-Kbira f’April li ghadda, fejn kantat flimkien mal-banda zewg innijiet sagri waqt il-hrug tal-purcissjoni solenni.