Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Wara l-istagun tal-festi …


Ftit tal-gimghat ilu konna nghidu waslet il-festa.  Dan kien ifisser hidma u sagrificcji kbar minn dawk kollha responsabbli.  Fil-fatt kellna festa sabiha li ma jonqosha xejn, u dan jixhduh il-mijiet ta’ Maltin u sahansitra Ghawdxin li zaruna fil-jiem tal-festa, b’mod specjali fil-granet tal-Gimgha u s-Sibt meta l-Banda L-Unjoni tat is-sehem shih taghha bl-aqwa mod li setghet.  Issa nistghu nghidu li l-istagun tal-festi ghoddu intemm, ghajr ghal xi festi zghar li jigu organizzati qalb il-kampanja Maltija.

Kif semmejna, is-sehem tal-Banda L-Unjoni f’dawn l-ahhar gimghat kien wiehed impenjattiv u kostanti.  Bdejna bl-ewwel servizz gewwa Hal Tarxien fl-okkazjoni tal-festa tal-Lunzjata u komplejna b’ghadd ta’ servizzi ohra kemm f’Hal Luqa kif ukoll f’irhula u bliet ohra fosthom f’Haz-Zebbug, is-Siggiewi, Hal Kirkop u z-Zurrieq.  Din is-sena wkoll il-Banda L-Unjoni regghet semmghet lehinha gewwa l-Belt Senglea ghall-okkazjoni tal-Festa tal-Vitorja wara nuqqas ta’ ghexieren ta’ snin.  Ir-rabta bejn il-Belt Senglea u Hal Luqa tmur lura hafna snin u ghalhekk kien tassew f’waqtu illi din il-hbiberija antika terga’ tiehu l-hajja.    


Issa li gew fi tmiemhom is-servizzi tal-banda in konnessjoni mal-istagun tal-festi, il-banda terga’ tibda bir-rutina normali tax-xitwa.  Jibdew il-kuncerti ta’ kull gimgha bi preparazzjoni ghall-Kuncert Sinfoniku Annwali kif ukoll ghal xi servizzi zghar fi zmien il-Milied.

Minn naha tieghu, il-Kumitat Centrali diga ltaqa’ numru ta’ drabi wara li ghaddiet il-festa biex jiddiskuti dawk dak kollu li gie organizzat u fejn jista’ jsir ahjar.  Dan ghall-gid tas-Socjeta’ L-Unjoni kif ukoll biex il-festa ad unur Sant’Andrija tibqa’ fl-ghola livell.  Barra minn hekk, il-kumitat kompla bil-hidma tieghu fit-tmexxija tal-istess Socjeta’ waqt li beda jippjana l-hidma li ghandha ssir matul ix-xhur li gejjin.  Minkejja l-ideat differenti, il-membri tal-Kumitat Centrali qed jahdmu id f’id kif wara kollox jixhed l-istess isem li ggib is-Socjeta’ taghna biex b’hekk L-Unjoni tibqa’ miexja ‘l quddiem u tkabbar isimha u giehha.  Jalla dan l-ispirtu ta’ hbiberija u sincerita’ bejn il-membri u l-ufficcjali tal-kumitat jibqa’ jsarraf f’aktar opportunitajiet u hidma fejjieda.  


Neil Zammit

Ass. Segretarju