Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Programm Festa 2018


25 ta’ Gunju 2018

Ħruġ minn niċċa tal-istatwa ta' Sant' Andrija Appostlu


6.30pm Il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-membri tas-sezzjonijiet kollha tas-Soċjetà jieħdu sehem f’korteo bis-sehem tal-Għaqdiet kollha tal-parroċċa.


7.00pm Membri tal-Kumitat Ċentrali flimkien mas-Sezzjonijiet kollha jattendu għal Quddiesa Kantata gewwa l-Knisja Parrokkjali.


8.00pm Il-Banda L-Unjoni tilqa’ l-istatwa ta’ Sant’Andrija fil-hruġ tagħha minn niċċa bid-daqq ta’ l-innijiet popolari. Wara jibda marċ li jgħaddi minn Pjazza Sant’Andrija ghal Triq id-9 t’April, Triq Dun Giulio Muscat, Triq ir-Rixtellu, Triq Wied il-Knejjes, Triq il-Karmnu, Triq G. Trigance, Triq C. De Candia, Triq Ġorġ Zahra, Triq Sir Ugo Mifsud u jintemm fi Triq Sant’Andrija.



28 ta’ Gunju 2018

Programm u Marċ mill-Banda L-Unjoni


8.30 p.m. Il-Banda L-Unjoni tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier artistiku fi Pjazza Sant’ Andrija taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur John D. Zammit F.V.C.M, bis-sehem ta' diversi kantanti u tal-kor Centre Stage Kids.


10.15 p.m. Marċ brijuż mill-Banda L-Unjoni li jibda minn Pjazza Sant’Andrija, Triq Dun Pawl, Triq San Ġorġ, Triq Sant’Andrija u Pjazza Sant’Andrija fejn f’nofsillejl nassistu għat-tlugħ ta’ l-istatwa ta’ Sant’ Andrija fuq il-pedestall, fost il-ferħ tal-partitarji. Wara jkun hemm ċelebrazzjoni fi Pjazza Sant' Andrija.



30 ta’ Gunju 2018

Marċ ta' Lejlet il-Festa ta' Sant' Andrija Appostlu


Fid-8,45pm Il-Banda L-Unjoni tibda marċ minn Triq Sant’Andrija u jkompli għall-Pjazza Sant’Andrija, Misraħ tal-Knisja, Triq San Ġużepp, Triq Dun Pawl, Triq il-Ġdida, Triq Sant’Andrija u jintemm fi Pjazza Sant’Andrija bit-tlugħ uniku tal-istatwa tal-Anġlu, simbolu tal-glorja u l-martirju ta' Sant' Andrija, mill-partitarji tas-Soċjeta'.



1 ta’ Lulju 2018

Jum il-Festa ta' Sant'Andrija Appostlu



9.00am - Il-Kumitat Ċentrali u rappreżentanti mis-Sezzjonijiet tas-Soċjetà jattendu għall-Konċelebrazzjoni Solenni tal-festa fil-Knisja Parrokkjali, li ser tkun iċċelebrata mill-Kappillan il-Kanonku Michael Zammit.


11.00 am - Il-Banda L-Unjoni tibda il-marċ ta’ filgħodu minn Triq Sant’Andrija, Pjazza Sant’Andrija, Misraħ il-Knisja, Triq San Ġużepp, Triq il-Parroċċa, Triq il-Ħabaq, Triq id-Dokkiena, Triq San Pawl, Triq ir-Rixtellu, Triq il-Karmnu, Misraħ Sant’Andrija, Triq Sant’Andrija, Triq San Ġorġ, Triq Dun Pawl, Misraħ Sant’Andrija u jintemm quddiem il-Każin fi Triq Sant’Andrija.


6.30pm - Il-Banda 12th May ta’ Ħaż Żebbuġ tagħmel marċ li jgħaddi minn Triq Sant’Andrija, Misraħ Sant’Andrija, Misrah tal-Knisja, Triq San Ġużepp, Triq San Ġorġ, Triq Sant’Andrija u jintemm fi Pjazza Sant’Andrija.


7.30pm - Il-Banda 12th May tilqa’ l-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija fil-hruġ tagħha mill-Knisja Parrokjali permezz tad-daqq tal-innijiet ta’ Mro. Gaetano Grech u Mro. Angelo Pace, bis-sehem tal-Coro Bel Canto. Wara, l-istess banda tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz.


10.00pm - Il-Banda 12th May issellem lil Sant’Andrija hekk kif jasal fi Pjazza Sant’ Andrija bid-daqq tal-Inno Sant’Andrea, kompożizzjoni tas-Surmast Orlando Crescimanno, bis-sehem tal-Coro Bel Canto u t-tenur Charles Vincenti.


10.30pm - Il-Banda 12th May issellem lil Sant’Andrija bl-aħħar innijiet fi d-dħul tal-purċissjoni lura fi l-Knisja Parrokkjali.


11.15pm - Il-Banda L-Unjoni tagħlaq il-festa b’marċ tul Triq Sant’Andrija