Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Mro. John David Zammit

F.V.C.M., F.G.M.S., L.L.C.M. (T.D.), A.Mus. L.C.M., A.L.C.M


John David Zammit l-uniku wild ta` Charles u Michelina Zammit, twieled nhar id-19 ta` Settembru 1965. Huwa rcieva l-ewwel l-edukazzjoni tieghu fl-iskejjel tal-Gvern u aktar tard f`St. Albert the Great College.

John, beda l-edukazjoni muzikali tieghu fl-eta` zghira ta` seba` snin taht il-harsien ta` missieru stess il-Prof Charles Zammit Ph.D. Dan kien jinkludi tahrig fid-daqq tal-pianoforte sa l-ghola livell fit-teorija tal-muzika, armonija, storja tal-muzika, kuntrapont, principji tat-taghlim, u suggetti ohra relatati mal-muzika li fihom kiseb success fl-ezamijiet kollha li huwa ghamel sa l-ghola gradi fir-Royal Schools of Music, London College of Music u Trinity College of Music.

Fl-1983 inghata 'SPECIAL CERTIFICATE' mir-Royal Schools of Music wara li rnexxilu jlesti b`sucess l-ahhar erba` gradi fil-pianoforte u t-teorija tal-muzika fi zmien qasir kif specifikat mil-Bord tar-Royal Schools of Music stess.


 

Id-Diplomi professjonali li s-Surmast John David Zammit kiseb s`issa huma:

 

A.L.C.M. fil-pianoforte u teorija tal-muzika - London College 1984.

L.L.C.M. (T.D.) Licenzjat bhala Ghalliem. - London College 1986

Associate Diploma (A.Mus.L.C.M.) bhala ghalliem tat-teorija muzikali, armonija, storja tal-muzika ecc. London College 1986.

Fellowship fil-Muzikologija (F.V.C.M.) - Victoria College ta` Londra

Fellowship Diploma mill-Guild of Musicians and Singers ta` Londra (F.G.M.S.)



Barra minn pjanista, John huwa wkoll kklarinettista u Kuntrabaxxista. Ir-repertorju muzikali tieghu huwa vast hafna u jinkludi fost l-ohrajn numru sabih ta` marci popolari u funebri, kompozizzjonijiet originali ghall-banda u arrangamenti muzikali ohra. Ikkompona wkoll numru ta` kanzunetti ghall-diversi kantanti stabbiliti fil-pajjiz u ppartecipa b`success f`bosta festivals nazzjonali.

 



Ghall numru ta` snin John barra li kien s`issa Assistent Surmast tal-Banda L-Unjoni, kien ukoll Assistent Surmast u ghalliem mal-baned 'Lourdes' tal-Qrendi, u San Sebastjan ta` Hal-Qormi. Fil-prezent, jahdem bhala ghalliem tal-muzika, fil-Kullegg San Benedittu.

 

Mizzewweg lill Charmaine u ghandhom zewg ulied, Nathania u Andre`