Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Celebrazzjoni Kbira f’Jum l-Inawgurazzjoni tal-Estensjoni tal-Kamra tan-Nar…


Wara waqfa ta’ aktar minn tlett snin, il-pirotekniċi Ħalluqin fi ħdan il-Kamra tan-Nar Sant’Andrija tal-Kazin L-Unioni, issa jinsabu ferħanin hekk kif nhar it-30 ta’ Mejju 2018 griet l-ahbar li kien hareg il-permess mill-ġdid sabiex dawn jistgħu jerġgħu jipprattikaw id-delizzju li tant huma magħrufa għalih.


Dan ghaliex wara l-festa ta’ Sant’Andrija tal-2015, kien ordnat mill-awtoritajiet sabiex il-ħidma f’dan il-kumpless tieqaf minħabba miżuri ta’ sigurtà u minhabba provizorji tal-ligijiet il-godda.Minn dakinhar ‘l hawn, dawn id-dilettanti ħadmu qatigħ sabiex f’dan il-kumpless jiżdiedu miżuri

ta’ sigurtà għas-saħħa ta’ dawk li jipprattikaw il-delizzju tal-piroteknika, filwaqt li saret estensjoni tal-kamra tan-nar biex tigi konformi mal-parametri li tistabbilixxi l-ligi internazzjonali.Fost dawn il-miżuri, inbiddlu diversi soqfa tal-kmamar fejn issir il-manifattura kif ukoll inbena

maħżen ġdid. Radd il-hajr lid-dilettanti tan-nar, lill-haddiema u lil benefatturi kollha li taw kull ghajnuna mehtiega sabiex dan ix-xoghol kollu seta’ jitwettaq.


Intant, sabiex ikun iċċelebrat kif jixraq dan l-avveniment tant mistenni, nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju saret quddiesa ta’ ringrazzjament mill-Wisq Rev. Kappillan Kan. Michael Zammit quddiem l-entratura principali tal-Kamra tan-Nar fit-8:30am. Prezenti kien hemm l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, Membri Parlamentari, bosta mistednin distinti u partitarji.



Wara sar trattament tal-okkazjoni lil dawk kollha nvoluti f’dan il-progett kbir. Ghall-habta tal-10:30am, beda marc brijuz mill-Banda tas-Soċjetà Filarmonika L’Unione li qabad tiela ghat-toroq ewlenin tar-rahal sakemm wasal quddiem is-sede tas-Socjeta’ ghall-habta ta’ nofsinhar fost il- briju u l-ferh tal-partitarji.


Tassew mumenti ta’ sodisfazzjon li wara xhur sah ta’ hidma u gieli sahansitra qtiegh il-qalb, illum nistghu nghidu b’wiccna minn quddiem illi l-Kamra tan-Nar Sant’Andrija saret wahda mill- aktar moderni u li ghandha sservi bhala xempju ghal kmamar tan-nar ohra madwar Malta.

B’hekk issa, il-pirotekniċi fi ħdan il-Kamra tan-Nar Sant’Andrija ta’ jistgħu jipprattikaw din il- ħidma b’aktar sigurtà għalihom u ghal dawk ta’ madwarhom.


Grazzi lil Kulhadd!

Neil Zammit